Left arrow Go Back

Messagg ghall-Milied u l-Ewwel tas-Sena mill-E.T. Prof. Guido de Marco, President ta' Malta

PR1998
Date Icon 23/12/1999

Ħuti Maltin u Għawdxin,

Illum kif resqin għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, nixtieq naqsam magħkom xi ħsibijiet tiegħi.

Naħseb għalija, bħal kull wieħed minnkom, il-Milied huwa tifkira tat-tfulija tagħna. '?alija ma nistax ninsa l-ferħ li kien i'ib il-Milied, anke jekk fil-familja tagħna, bħal f'familji tant oħrajn, kien jinħass il-bżonn; per'? xorta waħda il-Milied kien i'ibilna ferħ. Niftakar immur mal-mam'? l-Quddiesa ta' Nofs il-Lejl, il-Knisja ta' San Fran'isk, hawnhekk il-Belt, il-'miel meta ddoqq il-Glorja u l-qniepen tal-Belt idoqqu. Imbagħad konna mmorru lura lejn id-dar, jiena u oħti, u nqiegħdu l-Bambin fil-grotta, mal-pasturi; mal-mam'? u l-pap'? nkantaw innijiet tal-Milied li tant inħobbu - Silent Night, Tu Scendi dalle Stelle, u l-iktar waħda li nħobb jien Ninni la Tibkix Iżjed. Niftakar il-ferħ f'wiċċ il-mam'? - il-ħlewwa f'wiċċ il-mam'? - ħlewwa li għalija bħala tifel żgħir kienet qisha l-ħlewwa tal-Madonna….. Dan kien il-bieraħ.

Illum għandna nħarsu lejn dan il-Milied li 'ej, lejn x'ifisser il-Milied għalina lkoll. '?alija u għal marti l-Milied ifisser festa fil-familja, l-għeżeż ħa'a li forsi kull wieħed minna għandu, il-familja tagħna, uliedna, it-tfal tat-tfal tagħna wkoll. Dan il-Milied ifakkrek x'inhu l-veru sinifikat tiegħu. Il-Milied ifisser ti'did, il-Milied ifisser ħajja, il-ħajja li ti''enera l-ħajja; ifakkrek fl-iktar avveniment importanti, għal min għandu l-fidi, li 'ara għall-umanit'?: it-twelid ta' Kristu f'Betlehem.

Din id-darba l-Milied jiena se ngħaddih 'o Betlehem, il-post fejn twieled il-Bambin. '?aliex 'ie mogħti lili invit mill-President Arafat biex, flimkien ma' kapijiet ta' stat oħra, niċċelebraw in-Nativit'? ta' Kristu 'o Knisja 'ewwa Betlehem stess. Ma kienx faċli, kemm għalija u kemm għal Violet, li niddeċiedu li naċċettaw din l-istedina. '?aliex aħna nħobbu ngħaddu l-Milied bħalkom, bħal kulħadd, mal-familji tagħna. Per'?, aċċettajna li mmorru għaliex dan għandu sinifikat partikolari: għeluq l-elfejn sena mit-twelid ta' Kristu.

Ridt immorru 'o Betlehem bħala l-President ta' Malta tagħna kollha kemm hi, għax hemmhekk irridu nitolbu għall-bżonnijiet ta' Malta tagħna. Ridt fuq kollox nitlob għall-bżonnijiet ta' dawk li l-iktar għandhom bżonn, li m'għandhomx il-ferħ f'qalbhom, ta' dawk li huma morda, ta' dawk li għaddejjin minn xi inkwiet, ta' dawk li għandhom xi diżabilit'?, ta' dawk li huma maħkuma mid-droga, ta' dawk li jinsabu l-ħabs. Irrid li nitolbu wkoll għal dawk li jagħtu u jservu fis-solidarjet'? mal-proxxmu tagħhom; għandna niftakru f'dan iż-żmien tal-Milied fil-ħaddiema tagħna, fil-ħaddiema Maltin, biex qatt ma jonqsilhom ix-xogħol, u biex fix-xogħol jagħrfu jgħixu u jgħajxu 'il familja tagħhom fid-dinjit'?.

Il-Milied ifisser ħafna affarijiet oħra wkoll. Ifisser tiftakar f'dawk ukoll li qegħdin iservu lill-pajjiż, dawk li l-pajjiż jiddependi ħafna minnhom: iż-żgħażagħ per eżempju, intom iż-żgħażagħ intom il-futur tal-pajjiż.

'?afna jgħidulkom illi ‘iż-żgħożija hija parti biss mill-ħajja tal-bniedem. Jekk tkun żagħżugħ tkun idealista, per'? effettivament tagħtux kas ta' l-idealiżmu. Il-materjaliżmu huwa verament dak li għandu jibni l-ħajja ta' kuljum'. Temmnuhomx! '?ax dawk qed jagħtukom parir ħażin. Il-maturit'? tal-ħajja ma tgħallmekx li għandek tiċħad l-idealiżmu imma forsi tagħtik dik l-esperjenza essenzjali biex inti tagħraf tevita ċerti żbalji. Per'? li tiċħad l-idealiżmu huwa żball. Tagħtux kas min jgħidilkom: "Tidħlux fil-politika, temmnux fil-politika. Il-politika hija xi ħa'a vojta, il-politika hija xi ħa'a korrotta." M'hu veru xejn! L-idealiżmu fil-ħajja trid tkompli timxi bih, anki meta għaddejt minn dak li jissejjaħ iż-żgħożija. L-importanti hu li mal-kreattivit'? u l-ener'ija taż-żgħożija żżid magħha li temmen fi prinċipji u li tagħraf tgħixhom.

Semmejtilkom il-politika u rrid insellem illum lill-politiċi Maltin kollha. Huma l-mexxejja ta' pajjiżna, huma qegħdin jerfgħu responsabilit'? kbira għall-futur ta' artna. J'Alla l-politiċi Maltin jgħarrfu jħossu l-polz tal-pajjiż, il-polz tal-poplu, u jqiegħdu l-interess nazzjonali 'l fuq mill-interess parti''jan. Nawgura lilhom u lill-familji tagħhom Milied verament ħieni.

Inħarsu 'l quddiem. Dan is-seklu wasal biex jispiċċa. Kien seklu ta' ħafna gwerer, fejn miljuni ta' nies 'ew maqtula. Kif kiteb tajjeb il-Papa tagħna fil-messa'' li bagħat għall-Ġurnata Mondjali tal-Paċi, f'difronti tal-gwerer tas-seklu għoxrin, l-umanit'? 'iet salvata grazzi għall-ħidma ta' dawk li ħadmu u tkellmu għall-paċi.

Anke pajjiżna kellu l-imrar tiegħu u l-inkwiet tiegħu. Per'? tajjeb li ngħidu li grazzi għall-mexxejja tagħna, dan huwa l-ewwel seklu li ser niffaċċaw, dan huwa millennju ieħor li ser nidħlu fl-istorja tiegħu, fejn Malta għall-ewwel darba hija stat sovran u indipendenti. Ta' dan kollu nroddu ħajr lil Alla.

Inroddulu ħajr għal dak kollu li tana, lilna, lil uliedna, u nitolbuh biex il-poplu Malti kollu jkun dejjem familja waħda, dar waħda, fejn għalina lkoll, kuljum, hemm il-Milied. Dan l-awgurju li nagħmlilkom.

Il-Milied it-Tajjeb lilkom ilkoll.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow