Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jkellem lill-Korpi Kostitwiti

PR1992
Date Icon 22/12/1999

Waqt li kien qed ikellem lir-rappreżentanti tal-Korpi Kostitwiti, Trade Unions, Media u diversi għaqdiet volontarji fil-Berga ta' Kastilja, il-Prim Ministru qal li lejlet il-Millennju l-'did is-sentiment prevalenti fid-dinja tal-lum hu wieħed ta' fiduċja bbażata l-aktar fuq l-aħħar nofs ta' dan is-seklu li wasal biex jispiċċa. F'dawn il-ħamsin sena li għaddew b'mod 'enerali kien hawn għarfien qawwi tad-drittijiet tal-bniedem. Dan hu l-akbar akkwist tas-seklu għoxrin li jqarrabna bħala umanit'? lejn il-valur tal-bniedem li hu ċ-ċentru tal-Kristjaneżmu.

Il-Prim Ministru qal li fil-bidu tat-tielet millennju qed ngħixu f'socjet'? bażata fuq l-għerf u fuq l-informazzjoni. Dan se jkompli jbiddel ħajjitna lkoll. Għandna għalfejn inharsu 'l quddiem b'fiduċja f'pajjiżna wkoll. Dan għax pajjiżna qed jaqbad l-ispirtu ta' din il-bidla li ser ittina opportunitajiet li s'issa ma kellniex.

Il-bidliet kbar li qed i''ib il-globalizzazzjoni jistgħu jiftħulna opportunitajiet 'odda. Fl-istorja ta' pajjiżna naraw li l-poplu Malti dejjem għaraf jisfrutta ċ-ċirkostanzi ta' l-istorja biex jgħix livell t'għixien aċċettabbli. Il-Prim Ministru qal li qegħdin f'mument kruċjali fejn ser inkunu kapaċi nisfruttaw l-opportunitajiet kbar li għandna. L-informatika ser tiftaħ orizzonti 'odda lejn kif naħdmu. Illum pajjiżna jista' jikkompeti għax f'ħafna affarijiet m'għadhomx aktar importanti r-riżorsi naturali kif kienu ħamsin jew mitt sena ilu, iżda l-aktar riżors importanti hu dak uman: kemm aħna preparati ghaż-żminijiet tal-lum.

Il-Prim Ministru qal ukoll li llum ninsabu fuq l-ghatba tal-Unjoni Ewropea. Ma rridu ninsew qatt l-għanijiet li għalihom inħolqot l-Unjoni Ewropea, li huma t-tkattir tal-paċi fil-pajjiżi Ewropej u lil'hinn minnhom, u li l-livell ta' l-għixien ta' l-Ewropej dejjem jogħla. L-Unjoni Ewropea hi bbażata fuq is-solidarjet'?. Il-Prim Ministru qal li fid-dinja tal-lum l-Ewropa m'għadhiex għazla, iżda realt'?. Dwar dan f'pajjiżna għandna qbil, u naqblu wkoll li ma' l-Unjoni Ewropea irid ikollna l-eqreb relazzjonijiet. Id-differenzi huma dwar għandniex inkunu sħab fl-Unjoni malajr, inkella aktar tard, inkella xi forma ta' relazzjoni oħra.

Ergajna qbadna t-triq ta' s-sħubija u mexjin b'pass mgħa''el. Il-Prim Ministru qal li hu ta' sodisfazzjoni għall-poplu Malti li f'temp ta' sena ergajna ksibna l-primat fost il-pajjiżi li jridu jsieħbu 'l Unjoni Ewropea. Dan hu ċertifikat għall-Maltin kollha kemm aħna.

Il-Prim Ministru qal li s-sena li gejja hi sena t'opportunitajiet u esprima t-tama li l-ekonomija tkompli titkattar biex ikollna aktar opportunitajiet ta' xogħol għal pajjiżna. Għal dan irridu naħdmu wkoll.

Il-Prim Ministru awgura lil dawk preżenti l-isbaħ xewqat għall-Milied u rizq għas-Sena l-Gdida.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow