Stqarrija mahruga mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi
Id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jirreferi ghal artikolu li deher fil-gurnal L-Orizzont tal-harga tal-bierah 20 ta' Dicembru 1999, pagna 8, fejn gie allegat li saret persekuzzjoni fil-konfront ta' l-ex-Assistant Manager tal-Habs Aaron Haroun u li din saret mid-Direttur attwali.
Il-persuna fuq indikata kellha kuntratt definit ta' xoghol ghal tliet snin. Kien fis-17 ta' Gunju, 1998, taht l-Amministrazzjoni precedenti, li d-Direttur ta' dak iz-zmien kien kiteb lill-istess persuna u informaha li l-kuntratt taghha ma kienx ser jigi mgedded ghar-ragunijiet imsemmija fl-istess ittra.
Ghalhekk kwalunkwe argument li n-nuqqas ta' tigdid tal-kuntratt kien b'xi mod marbut ma' l-incident tal-harba ta' El Zabi li grat erbatax -il xahar wara, hu biss frott tal-fantasija.
Il-process li wassal ghan-nuqqas ta' tigdid tal-kuntratt, liema process inbeda taht l-amministrazzjoni precedenti, intemm meta l-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku, ikkonfermat id-decizjoni ta' l-Awtoritajiet tal-Habs taht zewg amministrazzjonijiet differenti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN