Donazzjonijiet lil 157 Ghaqda mill-qliegh tal-Lotterija Super 5
Illum fil-Ministeru tal-Finanzi, saru donazzjonijiet lill-għaqdiet filantropiċi, sportivi u kulturali. Dawn il-fondi 'ew mogħtija mill-profitti tal-Lotterija tas-Super 5.
B'kollox kien hemm preżenti 157 għaqda (23 kulturali, 43 sportivi u 91 filantropiċi) u ngħataw Lm57,000 (seba' u ħamsin elf lira Maltin ).
Il-Ministru tal-Finanzi, is-Sur John Dalli f'din l-okkażjoni qal li issa saret drawwa ta' kull sena, li f'dawn iż-żminijiet fejn kulħadd jaħseb f'ħaddiehor, jsir dan il-'est lejn dawn l-għaqdiet li, bis-sagrifiċċju li jagħmlu f'xogħol voluntarju, huma xempju ta' spirtu veru Kristjan.
Il-Ministru Dalli qal li kieku dan l-ispirtu jixgħel aktar matul is-sena, kieku kull azzjoni tkun aktar ordnata u pożittiva għas-soċjet'? kollha. Hu irringrazzja f'isem il-Poplu Malti lil dawk li jagħmlu sagrifiċċji biex jagħtu l-għajnuna tagħhom lil dawn l-għaqdiet.
Il-Ministru Dalli faħħar lill-volontarjat li b'ħidma ta' imħabba u karita' qed jagħti servizz b'valur intrinsiku qawwi spiritwali li ftit jista' ji'i sostitwit b'pagament.
Għalhekk, temm jgħid il-Ministru Dalli, huwa dmir li tingħata din l-ghajnuna zgħira, bħala ringrazzjament.
Il-Ministru ghall-Politika Socjali Dr Lawrence Gonzi u is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, il-Perit Jesmond Mugliett, ukoll indirizzaw lil dawk preżenti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN