Left arrow Go Back

Is-sena d-diehla jibda l-izvilupp fuq is-sit tat-Teatru Rjal

PR1956
Date Icon 14/12/1999

Matul is-sena d-dieħla mistenni jibda jitwettaq il-Master Plan marbut mad-daħla tal-Belt Valletta, billi jibda jkun żviluppat is-sit tat-Teatru Rjal.

Dan qalu l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami meta llum żar, flimkien mal-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, St James Cavalier li qed tinbidel f'ċentru ta' l-arti u kultura bħala parti miċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti.

Filwaqt li fakkar li dan il-pro'ett kien inbeda qabel l-1996, il-Prim Ministru qal li matul din l-aħħar sena x-xogħol re'a' ngħata spinta wara li kien waqa' ħafna lura fis-sentejn ta' qabel. Parti sostanzjali mill-pro'ett qed tkun finalizzata u se tkun inawgurata fil-lejl ta' bejn l-aħħar tas-sena u l-bidu tal-millennju l-'did.

Għal din l-okkażjoni, kompla l-Prim Ministru, se ssir ċerimonja spettakolari li fiha se jkun hemm żew' stallazzjonijiet grandjużi ta' dawl li nħolqu apposta għal St James Cavalier mill-artist ta' fama internazzjonali John David Mooney, li qed jirregalahom lil pajjiżna.

Filwaqt li semma li Mooney kiseb l-ispirazzjoni tiegħu għal dawn l-istallazzjonijiet waqt żjara li kien għamel f'Malta fis-snin sebgħin, il-Prim Ministru Fenech Adami qal li l-fatt li dan l-artist Amerikan aċċetta li jer'a' ji'i Malta għal din l-okkażjoni, juri li dan iċ-Ċentru di''? qed jieħu isem ta' hub kulturali f'livell internazzjonali.

Hu qal ukoll li l-pro'ett ta' St James Cavalier mistenni jiswa madwar Lm3.75 miljun.

Dwar il-pro'ett marbut mal-Master Plan tad-daħla tal-Belt Valletta, il-Prim Ministru qal li di''? tħejjew il-pjanti preliminari u kienu sottomessi lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar bl-iskop li jinħare' l-outline development permit. Din l-applikazzjoni mistennija tkun diskussa fil-jiem li 'ejjin.

Il-Prim Ministru fakkar li dan hu pro'ett li l-pajjiż kollu ilu jistenna għal diversi snin u għalhekk l-impenn tal-Gvern li jagħmel suċċess minn dan il-pro'ett hu wieħed sħiħ. Għaldaqstant kien deċiż li għandha titwaqqaf kumpannija pubblika bl-iskop li tieħu ħsieb it-twettiq tal-pro'ett kollu. Għalissa, l-ishma se jkunu kollha tal-Gvern iżda aktar 'il quddiem il-kumpannija tkun tista' tfittex sħab oħra biex b'hekk tkun qed tingħata opportunit'? lill-privat li jipparteċipa fl-iżvilupp u fit-tmexxija ta' dan il-pro'ett.

Hu qal ukoll li biex jintlaħaq l-impenn tal-Gvern li jipprovdi u jassigura dimensjoni kulturali fil-pro'ett, id-disinji tal-pro'ett, speċjalment dawk tas-sit tat-Teatru Rjal, se jipprovdihom il-Gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow