Il-Prim Ministru jattendi l-Laqgha tal-Kunsill Ewropew f'Helsinki
Il-Prim Ministru halla Malta llum biex f'Helsinki jiehu sehem fil-laqgha tal-Kapijiet ta' Gvern tal-pajjizi membri ta' l-Unjoni Ewropea, fejn hemm mistiedna wkoll il-Kapijiet ta' Gvern ta' pajjizi kandidati ghas-shubija.
Matul din il-laqgha hu mistenni li l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jiddeciedi li jibdew in-negozjati ghas-shubija ta' Malta. In-negozjati mistennija jibdew is-sena d-diehla.
Il-Prim Ministru se jiehu sehem ukoll fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew li jlaqqa' lil Prim Ministri u Kapijiet tal-Partiti membri tal-PPE.
Il-Partit tal-Poplu Ewropew ser ilaqqa' wkoll konferenza biex tiddiskuti t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru ser jitkellem f'din il-konferenza dwar it-titjib tal-kompetittivit'? fil-pajjizi kandidati biex isiehbu l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mill-Assistent Personali tieghu, Richard Cachia Caruana, u mis-Segretarju Privat, Peter Portelli. Ser isiehbu lid-delegazzjoni: il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, l-Ambaxxatur Victor Camilleri, il-Kap tad-Direttorat dwar l-Unjoni Ewropea, Saviour Falzon, u l-Assistent Personali tal-Ministru Borg, Patrick Tabone.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar il-Hadd, 12 ta' Dicembru.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN