Inawgurazzjoni tad-dawl u presepju tal-Milied f'Ghawdex
F'cerimonja qasira li saret fi Pjazza Indipendenza, Victoria, nhar is-Sibt, 4 ta' Dicembru 1999, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor Giovanna Debono, inawgurat l-illuminazzjoni tat-toroq ghall-festi tal-Milied u l-Millennju l-gdid, kif ukoll presepju artistiku gdid fl-istess pjazza.
F'diskors ta' l-okkazjoni, il-Ministru Debono qalet li sa mit-twaqqif tieghu minn April li ghadda, il-Kumitat ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju f'Ghawdex hass li din l-okkazjoni unika jixirqilha wkoll ambjent u armar uniku. Ghal dan il-ghan, ghalkemm bil-limitazzjonijiet tieghu, il-Kumitat tal-Millennju hadem bis-shih biex matul dan l-ahhar xahar tal-millennju, bhal bqija tal-pajjiz u tad-dinja jkollna celebrazzjonijiet xierqa li jaghdu flimkien lil poplu Ghawdxi.
F'dak li huwa tizjin u illuminazzjoni tat-toroq, il-Kumitat tal-Millennju hass li Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Ghawdex, ghandhom jiehdu dehra differenti minn tas-soltu. Il-Ministru Debono spjegat li ghal kuntrarju ta' dak li qed ikun allegat, wara li l-Kumitat ghamel sejha ghal kwotazzjonijiet f'Lulju li ghadda, kienu tnejn biss li urew interess. Wara ftit wiehed irtira u l-unika kuntrattur Malti li baqa' interessat kien propju Mangion Productions Ltd tal-Piet'?, Malta, li lilu gie kkummissjonat dan ix-xoghol ta' armar ghal prezz ta' Lm5000. Kien dan il-kuntrattur Malti li permezz ta' sub contracting minn naha tieghu gab l-armar u l-haddiema biex jarmawh mill-Italja.
Wara d-diskors taghha, il-Ministru ghal Ghawdex inawgurat Presepju gdid b'pasturi life-size fi Pjazza Indipendenza u xeghlet ghall-ewwel darba l-illuminazzjoni tat-toroq fir-Rabat.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN