25 Sena Malta Repubblika: Programm ta' Massed Band Display
Fl-okkazjoni tal-Hamsa u Ghoxrin Anniversarju minn meta Malta saret Repubblika, il-Kumitat Festi Nazzjonali se jtella' programm ta' Massed Band Display mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Banda tal-Korp tal-Pulizija, nhar il-Hamis, 9 ta' Dicembru 1999, fi Pjazza San Gorg, Valletta fis-6.30 p.m.
Din hi l-ewwel darba f'Malta li se jsir programm ta' din ix-xorta fejn iz-zewg baned, tant segwiti mill-poplu Malti, se jinghaqdu flimkien bil-permess gentili tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati u l-Kummissarju tal-Pulizija. Minbarra li jimmarcjaw tul Triq ir-Repubblika l-Baned jaghmlu display militari fi Pjazza San Gorg.
Il-Baned li se jkunu taht id-direzzjoni tal-Kaptan George Debono L(MUS) L.C.M. u l-Ispettur Anthony Cassar, u se jesegwixxu muzika militari u popolari b'xoghlijiet ta' A. Safroni; K.J. Alford; T. Bridgood; J. De Haan; G. Verdi; G. Debono; E. Bagley; N. Studnitzky u M. Sweeney.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN