Il-Hidma preparattiva ghat-thaddim tas-sistema tal-Gwardjani Lokali hija lesta
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, qal li l-ħidma tal-Gvern Ċentrali għat-twaqqif tas-sistema tal-Gwardjani Lokali lesta l-ħidma preparattiva kollha minn naħa tiegħu u kollox huwa lest sabiex fil-15 ta' Jannar li 'ej, jinbeda l-field test, sabiex f'nofs Frar nibdew naraw il-Gwardjani Lokali fit-toroq tagħna.
Huwa qal dan kmieni llum wara nofsinhar, waqt l-iffirmar tad-disa' Ftehim ta' Koperazzjoni għat-tħaddim tas-Sistema tal-Infurzar Lokali tal-Li'ijiet, bejn il-Kunsilli Lokali tal-Floriana, Marsa u Valletta, fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. It-Tribunal Lokali ta' dan il-Grupp se jkun sitwat fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja.
Dr. Gatt sostna li għalkemm minn naħa tal-Gvern Ċentrali kollox huwa lest, issa jmiss lill-Kunsilli Lokali li jagħmlu sehemhom sabiex din is-sistema tinbeda skond il-programm stabbilit.
Il-Ministru qal li bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, u l-konsulenti tal-Management Efficiency Unit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kull Kunsill irid jagħmel eżerċizzju fejn jidentifika fejn u meta jaħseb li għandu bżonn Gwardjan Lokali fil-lokalit'?.
"Ta' min igħid li hemm tliet gruppi li kważi lestew dan l-eżerċizzju u għalhekk il-pass li jmiss se jkun dak li joħor'u s-sejħa għall-offerti għal servizzi ta' Gwardjani Lokali," kompla l-Ministru Gatt.
Huwa ħe''e' lill-Kunsilli Lokali kollha li għadhom ma bdewx dan l-eżerċizzju sabiex jagħmlu dan mill-aktar fis, għaliex mingħajr din il-ħidma minn naħa tagħhom, ma jkunux jistgħu joħor'u s-sejħa għall-offerti.
Il-Ministru Gatt re'a għamel referenza għal-Budget mħabbar il-'imgħa l-oħra, li skond Dr. Gatt huwa wieħed ferm pożittiv għall-Kunsilli Lokali.
"Dan għaliex il-Kunsilli Lokali se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom madwar Lm11.5 miljun, żieda ta' Lm2.5 miljuni fuq is-sena l-oħra u ta' Lm3.25 miljun fuq is-somma li ngħataw fl-aħħar sena ta' amministrazzjoni Laburista," kompla l-Ministru Gatt.
Huwa qal li t-total ta' Lm11.5 miljun huwa maqsum bejn Lm10.5 miljun li kienu allokati b'mod dirett fil-Budget imħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, u madwar miljun lira oħra li se jori'inaw mid-dħul ta' ċitazzjonijiet permezz tal-Gwardjani Lokali u kif ukoll minn ħlas ta' liċenzji.
Il-Ministru Gatt temm billi awgura l-Kunsilli li kienu qed jiffirmaw dan il-ftehim, talli waslu biex jikkoperaw f'dan il-qasam, u awgura wkoll li jalla jkun hemm oqsma oħra li fihom ikun hemm aktar koperazzjoni bejn diversi Kunsilli Lokali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN