25 Sena - Malta Repubblika: Kuncert Vokali u Strumentali
Il-Kumitat Festi Nazzjonali jfakkar li fl-okkazjoni tal-Hamsa u Ghoxrin Anniversarju minn meta Malta saret Repubblika se jittella' Kuncert Vokali u Strumentali mill-Orkestra Nazzjonali, nhar il-Hadd 5 ta' Dicembru, 1999, fis-sebgha u nofs ta' filghaxija, f'Sala Repubblika ta' Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi.
Ghal dan il-Kuncert, l-Orkestra Nazzjonali se tkun taht id-direzzjoni tas-Surmast JOHN GALEA li llum m'ghandu bzonn l-ebda ntroduzzjoni fil-qasam kulturali u muzikali. John Galea huwa kompozitur maghruf kemm f'Malta kif ukoll f'bosta bliet Ewropej. Minbarra li huwa lecturer fl-istudji muzikali fl-Uniiversita' ta' Malta fil-prezent jokkupa l-kariga ta' PRINCIPAL CONDUCTOR ta' l-Orkestra Nazzjonali. Ilu wkoll Direttur tal-Chorus Urbanus sa mill-1979.
Il-CHORUS URBANUS twaqqaf fl-1979 fil-Basilika ta' San Gorg t'Ghawdex u mill-ewwel stabilixxa ruhu bhala wiehed mill-forzi korali ewlenin ta' dawn il-gzejjer. Dan il-kor semma lehnu f'diversi bliet Ewropej u ha sehem ma' diversi orkestri ta' fama u ta' prestigju.
IS-SOPRAN YVONNE GALEA hadet sehem f'diversi kuncerti sew f'Malta kif ukoll f'bosta pajjizi barranin. Interpretat b'success diversi partijiet fi produzzjonijiet operistici fit-Teatru Manoel u rrekordjat diversi compact discs.
IL-MEZZO SOPRAN BULGARA KRASSIMIRA KOSTAVA li gradwat fl-istudji vokali f'Sofia, qed tkompli bl-istudji taghha fl-Italja. Hadet sehem f'diversi kuncerti u recitals.
IT-TENUR BULGARU IVAN YONKOV minkejja li ghadu jistudja diga kiseb gharfien misthoqq mill-kritici muzikali. Bhal issa jinsab impenjat bl-istagun ta' l-Opera mal-Plovdiv Opera.
IL-BAXX NOEL GALEA esegwixxa b'success diversi kuncerti, opri u oratorji f'postijiet ta' prestigju u rrekordja wkoll diversi compact discs.
Tajjeb li jinghad li dawn l-erba kantanti irrekordjaw b'success fuq compact disc il-MESSA LEGGIERA ta' Nicolo Isouard li fil-gimghat li gejjin se tigi mnedija mill-Management tat-Teatru Manoel. Il-Kumitat Festi Nazzjonali jrid jiehu l-okkazjoni biex jirringrazzja lit-Teatru Manoel li ta l-permess li dan ix-xoghol muzikali jkun jista' jigi pprezentat ghall-pubbliku Malti f'din l-okkazjoni tal-25 Anniversarju ta' Jum ir-Repubblika.
Minbarra l-MESSA LEGGIERA ta' Nicolo' Isouard, l-Orkestra Nazzjonali se tesegwixxi wkoll :-
Overture Joconde ta' Nicolo' Isouard (ed. Carmelo Pace)
Concertino for Clarinet and Strings ta' Prof. C. Camilleri ( Solist Godfrey Mifsud)
Folk Song Variations ta' John Galea (Solista Rebecca Hall)
Biljetti ghal dan il-Kuncert, li huwa bla hlas, jistghu jinkisbu mid-Dipartiment tal-Kultura, 230 Casa Gaspe, Triq ir-Repubblika, Valletta, fil-hinijiet ta' l-ufficcju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN