Il-Jum Dinji ta' l-AIDS
Fil-jiem li gejjin fl-Isptar Boffa ser tinfetah klinika dedikata ghad-dijanjosi u l-kura ta' mard genitali b'enfazi fuq mard trasmess sesswalment fuq il-kuncett ta' one-stop-shop.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet lejliet il-Jum Dinji ta' l-AIDS.
Louis Deguara qal li matul l-1998 madwar id-dinja kuljum, 8,500 tifel u tifla u adoloxxenti gew infettati bil-virus ta' l-HIV - sitta kull minuta. Iz-zghazagh u l-adoloxxenti, specjalment dawk bejn il-15 u d-19-il sena huma l-aktar vulnerabbli li jintlaqtu minn xi mard trasmess sesswalment inkluz l-HIV/AIDS.
Il-Ministru tas-Sahha qal li t-tibdil fl-isem tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-AIDS, li issa gie jismu Sexually Transmitted Infections Preventions Committee ma kinetx bidla kosmetika, imma tghin biex issir enfazi fuq l-aspetti tas-sahha sesswali.
Ghall-ewwel darba, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha ppubblika ktejjeb dwar is-sahha sesswali li huwa mmirat ghall-adoloxxenti. Dan kollu, sostna t-Tabib Deguara juri l-impenn tal-Gvern biex iwettaq dak li wieghed fil-programm elettorali anke fejn jidhlu z-zghazagh u l-adoloxxenti. Barra minhekk ghat-tieni sena konsekuttiva l-vot tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha rega' zdied.
Gew ivvutati wkoll fondi biex jinhadem video dwar sahha sesswali li wkoll ser ikun immirat lejn iz-zghazagh u l-adoloxxenti. Bhalissa beda wkoll process biex infermier/a jattendi/tattendi sessjoni ta' tahrig fl-Ingilterra biex tkun f'pozizzjoni li taghti pariri dwar sahha sesswali. Dan it-tahrig li mistenni jdum madwar 40 gimgha jwassal biex, mhux biss il-persuna maghzula tkun tahdem fil-klinika l-gdida, imma tkun tista' tattendi wkoll fi skejjel biex teduka l-istudenti dwar l-oqsma relatati mas-sess.
Sfortunatament minn kompetizzjoni li saret fl-iskejjel relatata mal-Jum Dinji ta' l-AIDS hareg car li l-istudenti jassoccjaw il-virus tal-HIV mat-tehid tad-drogi u l-kuntatt ma' siringi mitluqa barra biss. Dan juri bic-car li l-istudenti mhux qed jinghataw l-informazzjoni kollha dwar dan il-virus qal il-Ministru tas-Sahha.
Il-battalja kontra l-AIDS hija wahda kontinwa u ma tistax tkun limitata ghal gurnata wahda fis-sena, qal il-Ministru Deguara. Dawn il-mizuri li thabbru llum huma biss il-bidu u ghad baqa' xi jsir.
Fi tmiem il-konferenza ta' l-ahbarijiet, il-Ministru tas-Sahha qassam premijiet lill-istudenti rebbieha tal-kompetizzjonijiet li saru fl-iskejjel.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN