Kalendarju b'messagg dwar l-Abbuz mill-Alkohol
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Louis Galea, din il-'imgħa ngħata kopji ta' l-"Alcohol Awareness Calendar 2000" pubblikat mill-Assoċjazzjoni Ġenituri Inħarsu 'l Uliedna.
Dan il-Kalendarju hu magħmul minn tpin'ijiet disinjati minn studenti li pparteċipaw f'kompetizzjoni bit-tema "L-Effetti u l-Konsegwenzi ta' l-Abbuż mill-Alkohol" b'enfasi fuq il-konsegwenzi tas-sewqan taħt l-influenza tax-xorb.
L-iskop ta' l-Assoċjazzjoni hu li tqajjem kuxjenza dwar il-problema mifruxa ta' l-abbuż mill-alkohol, partikolarment fost iż-żgħażagħ. Permezz ta' dan il-kalendarju l-Assoċjazzjoni riedet tgħaddi messa'' liż-żgħażagħ permezz ta' żgħażagħ sħabhom.
Din il-problema għandha tkun indirizzata ferm qabel ma tilħaq issir vizzju bil-konsegwenzi kollha li j'ib miegħu l-abbuż ta' l-alkohol.
Bħalissa l-Assoċjazzjoni hi mħassba dwar l-attivitajiet li kumpanniji privati qed jippreparaw għall-millennju, li ħafna minnhom jistgħu jkunu ffukati fuq il-konsum eċċessiv ta' l-alkohol, billi mal-biljett tad-dħul joffru wkoll "open bar" u hemm il-biża' li dawn l-attivitajiet jistgħu jwasslu biex, sfortunatament, uħud minn dawk li jattendu għalihom jispiċċaw ma jarawx il-bidu tal-millennju l-'did.
Il-kalendarju seta' jkun pubblikat bl-għajnuna tal-Caritas, Sedqa, BOV, HSBC, Clamus, Maltacom, Melita Cable, Gasan-Mamo Insurance, Debono Ltd, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Health Promotion Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN