Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici dwar il-finanzi tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma
Waqt id-dibattitu recenti, fil-Parlament, dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni kkwota cifri globali dwar il-finanzi ta' din il-Korporazzjoni mingħajr ma dahal fil-mertu ta' x'hiex precizament jirraprezentaw dawn ic-cifri. Fil-fatt huwa tefa' fl-istess keffa kemm hlasijiet attwali mill-Gvern, magħmula bhala sovvenzjoni reali lill-Korporazzjoni, kif ukoll hlasijiet ohra li jirraprezentaw biss tranzazzjoni fuq il-karta b'konnessjoni ma' l-operazzjoni ta' l-istess Korporazzjoni numru ta' snin ilu. Minhabba dan, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni wasal għal konkluzjonijiet li huma zbaljati.
Bil-kalkoli tiegħu, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni ikkonkluda li n-nefqa tal-Gvern għall-Korporazzjoni matul din is-sena kienet ta' Lm23.9 miljun, jew ahjar Lm13 miljun bejn Ottubru u Dicembru 1998 u Lm10.9 miljun fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena. Il-fatti juru mod iehor.
Jekk wiehed jifli sewwa c-cifri jsib li mit-Lm13 miljun, ftit aktar minn Lm5 miljun kienu arretrati ta' l-interessi fuq debentures. Barra dan, Lm3.5 miljun kienu konnessi ma' avvanz li kien sar mit-Treasury Clearance Fund fl-1997 u li nhass li jkun aktar għaqli li dawn jigu riflessi fil-Fond Konsolidat. Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni jifhem li f'dawn iz-zewg kazi ma' jkunux involuti flus kontanti izda biss ‘paper transactions' fil-kotba tat-Tezor. Il-kumplament tal-fondi kienu f'forma ta' avvanz ta' Lm1 miljun u sovvenzjoni ta' Lm3.5 miljun biex tkopri spejjez relatati ma' l-operat ta' qabel Ottubru 1998. Dan kif inhi l-prattika normali uzata mill-Ministeru tal-Finanzi.
'?al dak li jirrigwardja l-1999, kien hemm sovvenzjoni ta' Lm9 miljuni li hija relatata ma' l-ispiza tal-produzzjoni ta' l-ilma kif jidher fir-rendikont finanzjarju tal-Korporazzjoni. Barra dan hemm ukoll Lm1.9 miljun f'interessi fuq id-debentures li bhal fi snin imgħoddija, fl-ahhar mill-ahhar, jinvolvi biss ‘paper transactions' fit-Tezor.
'?alhekk m'hemmx dubju dwar il-korrettezza tar-rendikont dwar il-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma li l-Gvern pogga fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
FLUS MILL-GVERN LILL-KORPORAZZJONI TA' L-ILMA
Cifri Globali kwotati mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni - L-Istess Cifri fid-Dettal
(F'Miljuni ta' Liri Maltin) (F'Miljuni ta' Liri Maltin)
- Ottubru ‘98 – Dicembru '98 13.0 5.0 Arretrati ta' l-Interessi fuq ‘Debentures'
3.5 Adjustament fil-Fond Konsolidat
- Avvanz mill-Gvern minhabba dewmien fil-hrug tal-Kontijiet ta' l-Ilma
Jannar '99 – Settembru '99 10.9 1.9 Interessi fuq ‘Debentures'
9.0 Sovvenzjoni mill-Gvern
__________________________________________________________________
TOTAL 23.923.9
_____________________________________________________________
Ta' min wiehed isemmi ukoll li f'sezzjoni ta' l-istampa, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni gie kkwotat li qal li r-rati ta' l-ilma s-sena d-diehla ser ikunu d-doppju ta' dawk li kienu fil-1996. Mhux car sewwa sew x'qed jigi allegat għax kulhadd jaf li r-rati l-godda li dahhal il-Gvern mhux biss huma hafna ‘l bogħod minn dak li qed jigi allegat, izda gew riveduti b'kuxjenza socjali. Jekk min naha l-ohra wiehed qed jirreferi għad-dhul tal-Korporazzjoni, dan fih innifsu ma jirriflettix biss it-tariffi l-godda. Fil-fatt dan huwa dovut għal, per ezempju, aktar ilma li qed jigi irrekordjat u allura li fuqu johrog kont, grazzi għall-investiment u inizjattivi tal-Korporazzjoni sabiex ittejjeb dejjem aktar l-operat tagħha.
Dan kollu juri kemm il-Kap ta' l-Oppozizzjoni huwa konfuz dwar materja li għandha x'taqsam mal-finanzjament tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u hija xhieda cara ta' l-izbalji li waqa' fihom u li kien se jdahhal lill-pajjiz meta kien Prim Ministru. Mhux ta' xejn li sab ruhu izolat min nies kapaci fil-Partit tiegħu stess meta beda jiehu decizjonijiet fuq analizi nejja bhalma għamel issa dwar l-Estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN