Messagg tal-E.T. il-President ta' Malta lit-tfal kollha fl-iskejjel Primarji fl-okkazjoni ta' Jum it-Tfal
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dedikat lit-tfal, il-President ta' Malta, Guido de Marco, bagħat messa'' lit-tfal kollha fl-iskejjel primarji.
Fil-messa'' tiegħu, il-President għamel appell lit-tfal biex "jikbru fl-imħabba tal-proxxmu" u fis-sens ta' maħfra.
'?all-okkażjoni ta' Jum it-Tfal, li se jkun iċċelebrat ghada, l-20 ta' Novembru, il-President flimkien mas-Sinjura de Marco, nhar l-Erbgħa, 17 ta' Novembru 1999, żaru l-iskola primarja ta' Bormla, fejn il-President saħaq li Malta għandha tinżamm magħquda "fl-ilsien Malti u fil-qalb tagħna".
It-tfal ta' l-iskola ukoll ippreparaw messa'' tagħhom fejn tkelmu fuq il-problemi li jinkwetawhom: il-problemi tad-droga u ta' l-ambjent. "Naħseb li d-dinja tista' tirbaħ il-problemi jekk issaltan l-imħabba fostna … Aħna t-tfal irridu nidraw minn issa biex inżommu l-paċi bejnietna … Aħna għandna nżommu l-mibgħeda u l-għira 'l bogħod u ngħixu fit-tama li d-dinja t'għada tista' tkun aħjar minn ta' llum," qalu it-tfal ta' l-iskola ta' Bormla fil-messa'' tagħhom lill-President.
Nota: Dan li jsegwi huwa t-test tal-messa'' tal-President li ntbagħt fl-iskejjel primarji kollha f'Malta u '?awdexOther Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN