Left arrow Go Back

Xoghlijiet ta' sinjali fit-toroq matul il-lejl

PR1797
Date Icon 16/11/1999

Il-Ministeru għall-Ambjent javża li ħaddiema mill-Unit għal Ambjent Nadif fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet se jagħmlu xogħlijiet ta' sinjali fit-toroq, anki permezz ta' makkinarju apposta, fi Triq Re'jonali mir-roundabout ta' ħdejn il-fergħa ta' l-Enemalta sa Triq is-Salib fil-Marsa, matul il-lejl. Ix-xogħlijiet isiru kemm-il darba jippermetti t-temp.

Ix-xogħol tul it-triq bejn ir-roundabout ta' ħdejn il-fergħa ta' l-Enemalta sal-mini ta' Sta Venera se jsir bejn l-10.00 p.m. ta' għada l-Erbgħa u l-4.00 a.m. tal-'?amis, filwaqt li dak tul it-triq mill-mini ta' Sta Venera sa Triq is-Salib fil-Marsa se jsir bejn l-10.00 p.m. ta' nhar il-'?amis u l-4.00 a.m. tal-Ġimgħa.

Tul it-triq fejn ikun qed isir ix-xogħol se jitqegħdu sinjali apposta biex anki jonqos il-periklu għall-ħaddiema involuti.

Il-Ministeru għall-Ambjent jappella lis-sewwieqa biex juru prudenza fis-sewqan tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow