Stqarrija mill-Ufficcju tal-President ta' Malta
Mhux il-hsieb tal-President ta' Malta li jidhol f'polemika politika ma' hadd, in partikolari ma' partit politiku li jirrapprezenta parti importanti tal-poplu Malti.
Ghal finijiet ta' precizjoni ghandu jinghad li d-diskors tal-President, waqt il-konvenzjoni tal-ghalliema, kien mibni fuq il-bzonn ta' ghaqda nazzjonali, fuq l-edukazzjoni bhala l-kejl tal-progress, u kif dan il-poplu ghandu jilqa' l-isfidi tal-futur.
Fl-ebda ħin fid-diskors tal-President ma ssemmiet is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u kull riferenza li saret dwar il-futur ta' Malta fi sfond Ewropew u Mediterraneu kienet intiża biex tirrifletti l-ħsieb u l-valuri tal-poplu Malti u biex dan jibqa' dejjem marbut ma' l-identita' u ma' l-għeruq tiegħu.
Il-President ta' Malta fid-diskors tiegħu radd ħajr lill-għalliema Maltin għal dak kollu li taw lill-'enerazzjonijiet ta' studenti, kif ukoll lill-gvernijiet kollha ta' pajjiżna li dejjem għamlu kull ma' setgħu biex jgħollu l-livell ta' edukazzjoni f'Malta fil-waqt li jżommuha 'il bogħod mill-parti'gjaniżmu politiku.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN