Left arrow Go Back

Caqlieq ta' Nursing Aides (Health Assistants)

PR1765
Date Icon 11/11/1999

Din li gejja hija ittra li d-Direttur Generali tas-Sahha Dr. Ray Busuttil baghat lis-Segretarja tat-Taqsima Servizzi Pubblici tal-GWU u lis-Segretarju tat-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-UHM.


11 ta' Novembru 1999

NURSING AIDES ALLOKATI FIS-SWALI TA' L-ISPTAR Mount Carmel

Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 10 ta' Novembru fuq is-suggett hawn fuq msemmi.

Napprezza li taqbel li hija r-responsabilita' u l-prerogattiva tal-management li jara li l-istaff complement tas-swali fi sptar ikun tali li jissodisfa l-esigenzi li l-pazjenti fid-diversi swali jkollhom. Daqstant hija prerogattiva tal-managment li jiddetermina n-numru ta' staff li jahdem fuq sala u liema staff jahdem f'liema sala. Huwa ghalhekk illi nhoss li d-direttiva mghotija mill-union tieghek m'hijiex direttiva legittima ghaliex qeghda b'mod dirett tindahal f'decizzjonijiet li huma purament manigerjali u li bl-ebda mod ma jaffetwaw il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema. Ghalhekk jidhirli li intom ghamiltu zball u ma kontux koretti li hrigtu direttivi meta intom stess qed tammettu li ma kontux gustifikati.

Fil-waqt li d-Divizzjoni tas-Sahha ghandha kull stima ghall-moviment trejdjunjonistiku, dan ma jfissirx li ghandha tittollera li t-Trade Unions juzurpaw id-dritt tal-management . Id-Divizjoni tirrikonoxxi li Union qeghda hemm biex tiddefendi l-interessi tal-haddiema, izda zgur li mhux se tittollera li l-Union tiehu l-irwol tal-management. Id-decizzjoni li hadet id-Divizjoni certament ma hix wahda li qeghda b'xi mod tattakka id-dritt tal-istrajk izda hija wahda li tissalvagwardja id-drittijiet taghha ta' manager.

Nittama illi l-Union tieghek tifhem u taghmel distinzjoni bejn dak li hu dritt tal-management u dak li hu dritt trejdjunjonistiku. Nista' nassigurak li d-Divizjoni ghandha pozizzjoni cara dwar dan u ser tibqa' taghmel minn kollox biex tissalvagwardja d-drittijiet taghha bhala managment ghall -interessi tal-pazjenti u l-infieq ta' flus il-poplu fl-ghoti ta' "overtime" mhux necessarju.

Ma nistax ma niddeplorax ukoll il-fatt li din il-kwistjoni tqajmet issa li hemm indikazzjonijiet cari li d-Divizjoni waslet biex timplimenta d-deployment gdid tan-nurses f'Mount Carmel.

Id-Divizjoni tant hija konvinta mill-pozizzjoni taghha li tistieden lill-Union tieghek li jekk hija tant certa mill-pozizzjoni taghha, tressaq il-kaz ghall-arbitragg.

Dr. Ray Busuttil
Direttur Generali tas-Sahha

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow