Left arrow Go Back

Harga fil-Kampanja ghar-residenti ta' San Vincenz de Paule

PR1763
Date Icon 11/11/1999

Ghalina l-Maltin, il-festa ta' San Martin hija wahda mill-festi tradizzjonali folkloristici taghna. Dan iz-zmien tal-Harifa huwa maghruf bhala "Is-Sajf ta' San Martin", - minhabba li normalment f'dan iz-zmien tas-sena jkollna granet sbih.

Bhal kull sena, madwar 250 residenti minn San Vincenz de Paule, illum ittiehdu dawra fil-kampanja fil- Gonna tal-Buskett. Fosthom kien hemm madwar 100 wheel-chair cases. Wara c-celebrazzjoni tal-quddiesa, l-anzjani ngabbru kollha taht tinda gewwa l-Buskett, ghall - ikla tradizzjonali.

F'diskors lill-anzjani prezenti, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, wera s-sodisfazzjon tieghu li daqstant numru kbir ta' anzjani kienu prezenti ghal din l-okkazjoni. Huwa radd hajr lill-impjegati ta' San Vincenz ghad-dedikazzjoni taghhom lejn l-anzjani ghaliex kieku okkazjonijiet bhal tal-lum ma jkunux jistghu jsiru. Huwa fakkar id-diversi attivitajiet socjali li gew organizzati ghall-anzjani, anke fit-teatru ta' San Vincenz de Paule, din is-sena li hija, is-"Sena Internazzzjonali ta' l-Anzjani".

Dr. Mifsud Bonnici wieghed li attivitajiet bhal tal-lum u attivitajiet ohra socjali, kulturali, religjuzi u rikreattivi ser ikomplu jsiru. Hija l-intenzjoni ta' l-amministrazzjoni li dawn l-attivitajiet jizdiedu biex b'hekk l-anzjani residenti f'San Vincenz ma jhossuhomx minsija u fl-istess hin jippartecipaw fil-hajja socjali tal-pajjiz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow