Il-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd iwiegeb lill-Onor. Noel Farrugia
L-informazzjoni skorretta ta' "Lm 600 taxxa" li kull familja Maltija u '?awdxija jkollha tħallas bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, liema misinformazzjoni ħare' biha l-kelliem ta' l-Oppożizzjoni għal Biedja u Sajd, l-Onor. Noel Farrugia, hija turija ta' nuqqas ta' responsabbilt'? u kompetenza.
Dan qalu l-Ministru għal Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, fejn għal darba oħra staqsa lill-kelliem ta' l-Oppożizzjoni jispjega kif wasal u kif ikkalkula din it-taxxa netta ta' Lm 600 fis-sena għal kull familja.
B'paragun mal-popolazzjoni u man-numru ta' familji f'pajjiżna, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hemm madwar 120 miljun familja. Skond l-Onor. Farrugia, dawn allura jħallsu total ta' erba' darbiet iżjed, u cio'? madwar Lm 72,000 miljun fis-sena f'taxxi biex, kif qal l-istess Onor. Farrugia, isostnu "il-budgettal-U.E. għal din il-Politika tal-Agrikoltura (C.A.P.)".
Il-Perit Ninu Zammit hawnhekk fakkar li l-ammont totali (jew vot) kull sena tal-C.A.P. tal-U.E. huwa ta' madwar Lm 18,000 miljun u mhux ta' erba' darbiet iżjed u cio'? ta' Lm 72,000 miljun kif iddikkjarat b'mod li ma jistax jitqies responsabbli mill-Onor. Noel Farrugia.
Il-Ministru Ninu Zammit temm jgħid li din il-misinformazzjoni ta' "Lm 600 taxxa kull familja" ta' l-Onor. Noel Farrugia hija eżempju ċar tan-nuqqas ta' kompetenza u ta' verit'? tal-Partit ta' l-Oppożizzjoni fir-rigward tal-Unjoni Ewropea. Sakemm din id-dikjarazzjoni ta' "Lm 600 taxxa kull familja" ma ti'ix sustanzjata b'figuri attwali u reali, allura l-poplu jikkonkludi li l-istess frasi "Lm 600 taxxa kull familja" m'hi xejn ħlief informazzjoni skorretta u mhux kredibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN