Attivat Pjan Intern ta' kontingenza bi prova fl-Isptar San Luqa
Id-Divizjoni tas-Sahha dalghodu hadet sehem f'ezercizzju ta' prova organizzat mill-Malta International Airport. Dan l-ezercizzju, li involva simulazzjoni ta' nzul ta' emergenza u kraxx ta' ajruplan b'numru sostanzjali ta' feruti, sar biex jigu evalwati l-pjan ta' emergenza u ta' ko-ordinazzjoni tad-diversi entitajiet involuti.
Id-Dipartiment tas-Sahha ha din l-opportunita' biex jattiva l-pjan ta' kontingenza intern ta' l-Isptar San Luqa biex jigi evalwat kemm hu ppreparat l-isptar biex jilqa' emergenzi f'cirkonstanzi bhal dawn. Ir-rizultati miksuba kienu sodisfacenti hafna. Fi zmien kwarta minn mindu gie mgharraf bis-suppost incident, id-Dipartiment ta' l-Emergenza kien lest biex jilqa' l-feruti kollha, id-Dipartiment tal-Kura Intensiva kellu hames sodod vojta, u kien hemm teatru ta' l-operazzjonijiet lest ghal li jista' jinqala'. Fi zmien siegha s-sodod ta' l-ITU telghu ghal sitta u n-numru ta' teatri ghall-operazzjonijiet tela' ghal erbgha. Kien hemm ukoll madwar ghoxrin sodda vojta lesti biex jilqghu l-pazjenti. Dan kollu nkiseb minkejja li hadd mill-impjegati ta' l-isptar ma kien mgharraf b'dan l-ezercizzju minn qabel.
Biex seta' jintlahaq dan il-livell ta' rispons immedjat ghal sitwazzjoni ta' emergenza kellhom jigu posposti hames interventi minuri u operazzjoni maggura li kollha kemm huma ma kinux ta' natura urgenti. Dawn l-operazzjonijiet li gew imhassra kollha ser isiru fi zmien gimgha. Id-Divizjoni tas-Sahha, filwaqt li tiskuza ruhha ma' l-individwi koncernati ghal xi inkonvenjent li seta' inholoq, tinsab certa li l-pubbliku japprezza l-htiega ta' ezercizzji bhal dawn. Id-Divizjoni tas-Sahha tixtieq tirringrazzja l-istaff taghha ghall-impenn shih tieghu f'dan l-ezercizzju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN