JUM IT-TIFKIRA: Il-Hadd 14 ta' Novembru 1999
Jum it-Tifkira, li huwa c`elebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'gieh il-vittmi kollha taz-zewg {werer Dinjija, se jkun imfakkar f'Malta nhar il-Hadd, 14 ta' Novembru, 1999.
F'din l-okkazjoni, il-Kapitlu Metropolitan se jikkoncelebra Quddiesa Koncelebrata fil-Kon-Katidral ta' San Gwann, Valletta fid- 9.15 ta' filghodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, fi Pjazza San Gwann. Tiehu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Fl-10.40 ssir Cerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal- Gwerra l-Floriana. Matul din ic-Cerimonja jitqieghdu kuruni mill-President ta' Malta, l-Agent Prim Ministru, il-Prim Imhallef, Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, u l-Membri Residenti tal-Korp Diplomatiku li ser jattendu wkoll ghall-Quddiesa.
Korpi Kostitwiti u Ghaqdiet ohra li jixtiequ jippartecipaw fic-Cerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra billi jqieghdu kuruni ghandhom javzaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali, Dipartiment tal-Kultura, 230 Triq ir-Repubblika, Valletta sa nhar il-Hamis 11 ta' Novembru, 1999. Telefon/ Fax 247241. Hadd ma jithalla jqieghed kuruna jekk ma javzax lill-Kumitat Festi Nazzjonali sad-data indikata.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur ghal matul ic-Cerimonja tat-Tqeghid ta' Kuruni. Jiehdu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion.
L-Appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bhala ghajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti taghhom isir matul il-granet13 u 14 ta' Novembru, 1999.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN