Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jattendi l-Laqgha tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth

PR1738
Date Icon 08/11/1999

Il-Prim Ministru ħalla Malta llum għall-Afrika t'Isfel biex jieħu sehem fil-Laqgħa li ssir kull sentejn tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth.

Il-laqgħa f'Durban, fl-Afrika t'Isfel ser tiddiskuti l-globalizzazzjoni. Il-konferenza għandha t-tema ‘People Centred Development, The Challenge of Globalisation'.

Waqt iż-żjara tiegħu fl-Afrika t'Isfel il-Prim Ministru ser jindirizza wkoll il-Commonwealth Business Forum li ser jiltaqa' f'Johannesburg. Dan il-forum jiltaqa' wkoll kull sentejn u hu opportunita` għall-promozzjoni ta' kummerċ u investiment internazzjonali. Il-Prim Ministru ser jieħu sehem ukoll f'seminar li qed torganizza l-Malta Export Trade Corporation, (il-METCO) biex tippromwovi 'l Malta bħala tieqa għal kummerċ ma' l-Ewropa.

'?allew Malta llum lejn l-Afrika t'Isfel, il-Prim Ministru akkumpanjat mis-Sinjura Fenech Adami, u mill-Assistent Personali tiegħu, is-Sur Richard Cachia Caruana u s-Segretarju Privat tiegħu, is-Sur Peter Portelli.

Fl-Afrika t'Isfel, isieħeb id-delegazzjoni l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Dr. Joe Borg, flimkien mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, is-Sur Saviour Stellini, id-Direttur ta' l-Affarijiet Multilaterali, is-Sur Anthony Borg, is-Segretarja Privata tal-Ministru Borg, is-Sinjorina Elvia Agius, u s-Sur John Busuttil, mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow