Left arrow Go Back

Il-Ministeru tas-Sahha se jniedi kampanja dwar uzu iktar ghaqli ta' l-antibiotici

PR1733
Date Icon 06/11/1999

Il-Ministeru tas-Sahha ser iniedi kampanja fuq skala nazzjonali bl-ghan li teduka lit-tobba kif ukoll lill-pubbliku dwar uzu aktar ghaqli ta' l-antibiotici.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu indirizza seminar bit-tema Infection Control and Antibiotic Therapy organizzat mill-Infectious Control Unit tad-Divizjoni tas-Sahha.

Louis Deguara qal li l-professjonisti kollha fil-qasam tas-sahha ghandhom jaghtu l-ghajnuna kollha possibbli biex din il-kampanja tkun success u dan billi jaghtu messaggi tajbin u cari lill-pazjenti u l-familjari taghhom.

L-uzu ta' l-antibiotici ghandu jsir b'mod razzjonali kompla jghid il-Ministru Deguara u dan ghandu jigi l-ewwel mill-professjoni medika. M'ghandu qatt jinghataw antibiotici jekk mhux mehtieg u lanqas m'ghandu jsir uzu minn antibiotici qawwija biex jitfejqu infezzjonijiet zghar.

Ghandu jsir sforz akbar biex il-pazjenti u l-qraba taghhom jigu edukati aktar f'dan ir-rigward u l-ewwel pass dejjem ghandu jkun biex ikun hemm prevenzjoni mill-mard u mhux biex tinghata kura ghall-mard.

Hafna nies huma ta' l-opinjoni li pazjenti wara li ssirilhom dijanjozi jinghataw kura li ma jkollhiex effetti ohra li ma jistghux ikunu ikkurati. Dan mhux il-kaz sostna Louis Deguara. Hu fatt maghruf li l-mikrobi dejjem jibnu rezistenza ghall-antibiotici ezistenti u ghalhekk dan il-fatt jimponi zvilupp ta' antibijotici aktar qawwijin. Huwa ghalhekk li l-uzu ta' l-antibiotici ghandu jkun limitat u jintuzaw biss b'mod specifiku ghall-infezzjonijet specifici biex b'hekk nillimitaw l-izvilupp ta' rezistenzi fil-mikrobi.

Huwa ghal dan il-ghan ukoll li wiehed jawgura li l-kampanja li ser tkun imnedija tilhaq is-success mixtieq temm jghid il-Ministru tas-Sahha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow