Ir-rwol ta' l-"Authorised Officer" fit-thaddim tas-sistema tal-Gwardjani Lokali
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, qal li wieħed mill-aktar persuni importanti u determinanti sabiex id-delega li qed jagħti l-Gvern għat-tħaddim tas-sistema tal-Gwardjani Lokali huwa dak li qed insejjħu bħala l-Authorised Officer.
Huwa qal dan waqt l-iffirmar tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Infurzar Lokali ta' Li'ijiet bejn il-Kunsilli Lokali ta' Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Iklin, Lija, Mdina, Rabat u Santa Venera. Dan il-Ftehim huwa r-raba' wieħed li sar s'issa. Ta' min jgħid li dan il-grupp huwa l-akbar wieħed f'Malta – disa' Kunsilli Lokali, fejn il-Ministru żied jgħid li wara li jkunu approvati mill-Parlament l-emendi għall-li'i, jista' jkun li jiżdied ieħor ma' dan il-grupp – il-Kunsill Lokali Mtarfa.
Dwar l-Authorised Officer, il-Ministru Gatt qal li dan l-uffiċjal se jkun magħżul mill-Kumitat Kon'unt stess u se jinħatar awtomakiment bħala Segretarju tal-istess Kumitat.
Dr. Gatt żied jgħid li dan l-uffiċjal se jkun responsabbli li f'isem il-Kunsilli jara li l-provedimenti tal-Kuntratt tal-Gwadjani jkunu osservati. Dan ifisser li x-xogħol prinċipali tiegħu se jkun dak li jkun il-contact person bejn il-Kumitat Kon'unt u l-Kuntrattur li se jipprovdi is-servizz tal-Gwardjani Lokali.
"Huwa importanti," kompla il-Ministru, "li meta tagħżlu din il-persuna, tagħmlu għażla tajba, għaliex din il-persuna se tkun qiegħed fit-triq f'isimkom, tara u tmiss b'idejha, dak li jkun qed ji'ri fil-lokalitajiet tagħkom u huwa vitali li tifhmu li din il-persuna se tkun qed timmani'ja s-sistema kollha f'isimkom."
Dwar il-ftehim, Dr. Gatt sostna li dan se jseddaq mhux biss il-koperazzjoni bejn il-Kunsilli dwar l-infurzar tal-li'ijiet fuq bażi lokali, iżda wkoll koperazzjoni f'oqsma oħra għall-'id tal-komunitajiet tagħhom.
Minn naħa tiegħu, is-Sur Tonio Fenech, Sindku ta' Birkirkara u Chairperson tal-Kumitat Kon'unt, f'kelmtejn li għamel qal li dan huwa pass importanti ‘l quddiem biex naraw Kunsilli Lokali jsiru f'kull sens Gvern Lokali.
Is-Sur Fenech sostna li l-grupp tal-Kunsilli qed jgħaqqad parti sostanzjali miċ-Ċentru ta' Malta fi grupp wieħed, u li l-koperazzjoni mhux se tieqaf għat-tħaddim ta' dan il-Kuntratt biss. Fil-fatt huwa ħabbar li żew' eżempji ta' koperazzjoni huma dwar sistema ta' trasport ċirkulari u kif ukoll dwar il-possibilit'? ta' restawr ta' l-Akwadott.
It-Tribunal Lokali għal dawn il-lokalitajiet se jkun sitwat fiċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN