Inawgurata Konferenza Internazzjonali f'Malta ta' Nurses specjalizzati fil-Kura ta' l-AIDS
L-incidenza ta' l-HIV f'Malta hija ta' 12.5 minn kull mitt elf ruh. Din l-incidenza tpoggi lil Malta fil-21 post fil-lista tal-pajjizi membri ta' l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, meta dalghodu indirizza konferenza tal-European Association of Nurses in Aides Care (EANAC) organizzata mill-Assocazzjoni ta' l-Infermiera u l-RCN HIV Nursing Society bit-tema "Universal Perspectives: Are we prepared for the future?"
Il-Ministru tas-Sahha qal li ghalkemm lokalment m'hawnx infermiera li specjalizzaw fil-kura tal-pazjenti li jbatu minn din il-marda, l-infermiera f'pajjizna xorta ghandhom esperjenza kif jiehdu hsieb pazjenti infettati b'dan il-virus kif ukoll dawk li jkollhom l-AIDS. Hu kompla jghid li l-infermiera Maltin kienu xhieda ta' l-izvilupp li sehh f'dan il-qasam tul l-ahhar snin.
Dr. Deguara qal li fl-Isptar Boffa infethet klinika ta' l-Out Patients dedikata ghall-HIV/AIDS li hija mmexxija minn konsulent fil-mard infettiv. Bhalissa wkoll, kompla jghid il-Ministru tas-Sahha, qed jinbena unit qrib l-Isptar San Luqa, li wasal biex jitlesta, ghall-mard infettiv. Ladarba dan il-post jibda jopera, il-bzonnijiet kollha tal-pazjenti, sew dawk rikoverati kif ukoll dawk out-patients, ikunu jistghu jintlahqu. Barra minhekk, kompla jghid il-Ministru Deguara, ser tinfetah ukoll klinika specjalizzata fil-mard trasmess sesswalment.
Dwar l-incidenza tal-virus ta' l-HIV, il-Ministru Deguara qal li z-zieda fin-numru ta' dawk li jabbuzaw mid-drogi li jittiehdu permezz ta' siringi jista' jaghti lok ghal spluzjoni fl-incidenza. Hu sostna li l-prevalenza tal-Hepatitis C f'dawk li juzaw siringi ghad-drogi, tindika li hemm min ghadu juza siringi li jkun uzahom haddiehor qablu. Hu ghalhekk li wiehed jittama li s-servizz ta' tqassim ta' siringi b'xejn ikompli jintuza u jilhaq l-ghan ewlieni tieghu.
Dwar il-prevenzjoni ta' din il-marda, Dr. Deguara qal li l-Kumitat Nazzjonali ta' l-AIDS din is-sena ghazel li parti sostanzjali mill-flus allokati lilu jintefqu f'kampanji edukattivi indirizzati lejn l-istudenti.
Il-Ministru Deguara qal ukoll li f'Malta l-problema ta' stigma hija prezenti u sfortunatament hija prezenti wkoll fost uhud mill-impjegati tad-Divizjoni tas-Sahha. Hu ghalhekk li konferenza bhal din hija tajba, ghax toffri opportunitajiet ta' diskussjoni u skambju ta' ideat bil-ghan principali li tinghata l-ahjar kura lill-pazjenti li ghandhom l-HIV/AIDS.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN