Left arrow Go Back

Process ta' djalogu bejn Ghaqdiet b'interessi differenti

PR1645
Date Icon 26/10/1999

Ambjentalisti li tradizzjonalment kienu f'konfront ma' Għaqdiet li jirrappreżentaw interessi differenti, f'dawn l-aħħar 'imgħat għażlu li jitkellmu ma' dawn l-Għaqdiet minflok jikkonfrontaw lil xulxin.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu ħa sehem f'attivit'? organizzata mill-BirdLife Malta u li fiha tnieda l-Premju Dinja Waħda.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-pass għaqli li sar fejn beda proċess ta' djalogu bejn għaqdiet ambjentalisti u għaqdiet b'interessi differenti jista' jwassal biex wieħed jara fejn jistgħu jaqblu u jaħdmu flimkien flok ma jaħdmu kontra xulxin.

B'dan il-mod, kompla l-Ministru Zammit Dimech, fl-edukazzjoni dwar l-ambjent naturali u l-ħtie'a li jkun hemm rispett minn kulħadd għal-li'ijiet ambjentali ta' pajjiżna, m'għandhomx jinholqu intoppi.

Hu tenna li l-involviment ta' għaqdiet volontarji fit-tixrid ta' apprezzament ambjentali kien u jibqa' essenzjali f'pajjiżna. Hu qal li llum aktar minn qatt qabel jeħtie' li l-pubbliku jifhem u japprezza l-ambjent naturali u għaqdiet bħal BirdLife urew li dan jista' jseħħ b'mod pożittiv u aċċettabbli.

Il-Ministru Zammit Dimech żied li hu għalhekk li inizjattivi pożittivi ħaqqhom l-appo'' ta' kulħadd. Fost dawn l-inizjattivi hu semma s-sehem ta' BirdLife fit-tmexxija tar-riserva naturali tal-Għadira u l-premju Dinja Waħda li ser jingħata bħala parti minn kampanja favur l-ambjent li l-Għaqda ser torganizza biex tilqa' l-millenju l-'did.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow