Il-Ministeru tas-Sahha jirribatti stqarrija tal-Onor. Michael Farrugia
L-ex Ministru tas-Sahha ghal darb'ohra fi zmien gimgha, rega' kkonferma li jew ma kienx jaf x'qed jigri fi zmien li hu kien Ministru, jew inkella jrid jimmizinforma lill-poplu u ma jkunx serju ma' l-impjegati tad-Divizjoni tas-Sahha.
L-ex Ministru gie ikkwotat li qal li fl-Isptar Monte Carmeli t-tfal qed ikunu mhallta ma' l-adulti. Hlief ghas-secure unit din hija mizinformazzjoni ohra li l-ex Ministru jrid ikompli jaghti lill-poplu li ma jkunx intiz ma' dan l-isptar. Tajjeb li wiehed ifakkar li sakemm infethet is-secure unit f'April li ghadda, it-tfal li kien ikollhom bzonn osservazzjoni kostanti kienu wkoll jintbaghtu f'sala ghaxra, li llum inghalqet ghall-pazjenti.
Illum dawk it-tfal li jkollhom bzonn din it-tip ta' osservazzjoni jittiehdu fis-secure unit il-gdid u maghhom ikollhom assenjat impjegat il-hin kollu ghall-osservazzjoni. Tajjeb li wiehed ifakkar li kemm ilha li nfethet is-secure unit inbidlet ukoll is-seclusion policy u ghalhekk in-numru ta' pazjenti f'din il-unit ikun baxx hafna u mhux l-ewwel darba li jkun hemm pazjent wiehed biss.
L-ex Ministru ma jiftakarx li hu ghamel 22 xahar responsabbli mill-Isptar Monte Carmeli, f'liema zmien it-tfal kienu jintbgahtu f'sala ghaxra flimkien ma' l-adulti.
L-ex Ministru kien ikkwotat ukoll li qal li l-poplu ma riedx li jsir tibdil strutturali fl-Isptar Monte Carmeli. Allura l-ex Ministru ried li s-soqfa li waqghu u li kienu qed jaqghu jithallew hekk? Possibbli qatt ma ra l-urgenza biex isir dan ix-xoghol. Possibbli lanqas huwa rikonoxxenti lejn l-impjegati tad-Divizjoni tas-Sahha li qed jaghmlu dan ix-xoghol b'tant hegga u impenn?
Issa l-ex Ministru kkonferma wkoll li mhux talli ma kienx jaf x'qed isir fi zmien li hu kien Ministru, izda lanqas jaf x'qed isir issa. Possibbli ma semax bir-riformi li qed ikunu implimentati fl-amministrazzjoni ta' l-Isptar Monte Carmeli? Ma jafx li dan l-Isptar miexi ghall-awtonomija?
Dwar il-Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riforma tas-Sahha Mentali l-ex Ministru almenu suppost jaf li minn 16-il membru 9 huma l-istess li kien hemm fil-Kummissjoni li kien innomina hu meta kien Ministru. Dan ifisser li hemm aktar min-nofs il-membri li kien hatar hu stess. Huwa ghalhekk li dan il-Ministeru jkompli jtenni li l-Oppozizzjoni ma accettatx l-istedina biex tkun partecipi ghal ragunijiet politici biss.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN