Il-Ministru tas-Sahha jiltaqa' mal-Forum tal-Professjonijisti fil-qasam tas-sahha
Il-legislazzjoni ta' pajjizna fuq il-qasam tas-sahha ma tirreflittix u mhix kompatibbli mal-mod kif illum qed jinghataw is-sistemi ta' kura moderna lill-pazjent. Huwa ghalhekk il-bzonn li l-legislazzjoni, anke f'dan il-qasam, tkun aggornata u dan ghandu jsir sew jekk Malta tkun ser issir membru ta' l-Unjoni Ewropea u sew jekk le.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu iltaqa' ghall-ewwel darba mal-Forumtal-Professjonisti tal-Qasam tas-Sahha.
Louis Deguara qal li bhalissa qed isir hafna xoghol preparatorju f'dan ir-rigward u dan qed isir ukoll b'kollaborazzjoni mar-rapprezentanti tal-haddiema, li filwaqt li qed ikunu partecipi fil-bidliet, huma wkoll konxji li dawn il-bidliet iridu jsiru.
Matul il-laqgha, il-Ministru tas-Sahha kien ipprezentat bi position paper tal-Forum dwar il-moviment hieles tal-professjonisti fi hdan l-Unjoni Ewropea. Fost l-ohrajn ir-rizoluzzjoni fil-position paper tghid li ghandu jitwaqqaf registru ta' l-ispecjalisti u li kull professjonist li jahdem Malta ghandu jkun jitkellem kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliz.
Il-Ministru Deguara fil-waqt li fahhar l-inizjattiva tal-Forum ghall-partecipazzjoni fil-bidliet li jridu jsiru, qal li permezz ta' dawn il-bidliet pajjizna jkun qed jilhaq standards internazzjonali u jkun aktar possibbli li professjonisti Maltin jkunu rikonoxxuti barra minn Malta.
Id-delegazzjoni tal-Forum, li hu maghmul mill-MAM, ic-Chamber of Pharmacists u l-MUMN, kienet tinkludi lil Dr. Bryan Flores Martin u Dr. Myra Kay Tilney, President u Segretarju Generali tal-MAM, Ms. Mary Ann Sant Fournier u s-Sur David Camilleri, President u Assistent Segretarju tal-Kamra ta' l-Ispizjara u s-Sur Colin Galea u s-Sur David Attard mill-Union ta' l-Infermiera u l-Qwiebel.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN