Left arrow Go Back

Jitfakkar ir-raba anniversarju mill-ftuh ta' Day Centre fil-Hamrun

PR1622
Date Icon 21/10/1999

"Ghall-Gvern prezenti, l-anzjani qeghdin fuq nett ta' l-agenda tal-Politika tieghu. L-ahjar post ghal persuna anzjana hu f'darha stess. Dahhalna mentalita' u kultura gdida fil-pajjiz li l-anzjani jehtigilhom kull ghajnuna u appogg biex jghixu il-bqija ta' hajjithom bl-akbar dinjita' u rispett.

Dahhalna diversi serizzi ghall-anzjani fil-komunita'. Servizzi bhal Home-help Care; Telecare; Handyman Service; Incontinence Service; Meals on Wheels; Domiciliary Nursing, Kartanzjan, Sussidju fuq it-Telephone, izda fl-1995, il-Gvern introduca is-servizz ta' DAY CENTRES. Il-lum ghandna 8 Day Centres f'Malta u tnejn ohra f'Ghawdex".

Dan qalu is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici, f'attivita' socjali ghall-anzjani li jattendu id-Day Centre tal-Hamrun, fl-okkazjoni tar-raba' anniversajru mill-ftuh ta' dan ic-Centru.

Dr Antoine Mifsud Bonnici heggeg lill-anzjani biex jaghmlu uzu mid-Day Centres u sakemm is-sahha tippermettilhom, izommu ruhhom dejjem attivi u jippartecipaw fl-attivitajiet li jigu organizzati ghalihom.

Huwa kompla jghid illi ghandu jkun hemm aktar interess mill-Kunsilli Lokali biex dawn, b'koperazzjoni mal-Gvern, jaghmluha possibbli li jinfethu aktar Day Centres. L-iskop ta dawn id-Day Centres huwa li jghinu lill-anzjani jevitaw dak l-izolament jew "loneliness" li jistghu isibu ruhhom fih. Id-Day Centre ghandu jkun post fejn l-anzjani jiltaqghu regolarment biex jghaddu l-gurnata flimkien, kif ukoll jista' iservi ta' "Respite" ghall-qraba li jkunu qed jiehdu hsieb l-anzjani taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow