L-Onor. Edwin Vassallo ikompli bil-laqghat tieghu ma' negonjanti Qormin
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo kellu laqgha ma' negozjanti u intraprendituri zghar, fil-BOV branch ta' Hal-Qormi. Punti mid-diskors ta' l-Onor Vassallo jsegwu:
Il-prezenza ta' negozjanti fil-Banek ghal din il-laqgha hija xhieda ta' kemm il-kompetizzjoni fil-qasam bankarju hija realt'? li qed tkun ta' gid ghan-negozjant.
Il-kompetizzjoni reali fil-qasam bankarju ssarfet f'servizz fejn in-negozjant mhux jibqa' biss "klijent" izda qed jsir stmat izjed bhala l-imsieheb fin-negozju. Fil-kompetizzjoni huwa s-servizz li jaghzel bejn negozju u iehor.
L-ammonti ta' depoziti fil-banek qedghin dejjem jizdiedu. Ftit ilu kumpanija lokali li talbet li tissellef madwar ghaxar miljun lira, gabrithom f'gurnata minflok f'gimaghtejn kif kien mahsub. Dan ifisser li f'dan il-pajjiz hawn bizzejjed likwidit'? li taghmel possibbli dan is-success. Izda fil-hlas ta' kontijiet, is-sitwazzjoni mhix l-istess. Ghalhekk qed nara li flimkien mal-banek nindirizzaw din is-sitwazzjoni fejn naraw il-possibilt'? li jigi regolat il-gbir ta' dejn u z-zmien li fih ghandu jithallas kont. Ma jistax jibqa' jkollna min jabbuza mill-kultura hazina li qed tqanqal lin-negozjant idum biex ihallas. Minn dan l-abbuz qed jirrizulta "overtrading".
Dwar it-talba ta' spazju industrijali qed jsir ezercizzju li ghandu jwassal lejn kriterji cari fejn il-Gvern ikun f'pozizzjoni ahjar li jara li mill-ispazju industrijali li jinghata ma jkunx hemm abbuzi. Ma jistax jibqa' jkollna min japplika ghall-fabbrika jew art tal-Gvern biex jaghmel negozju minn fuq spazju li dig'? kellu.
Il-Gvern impenjat li jghin lil min haqqu, izda ma jistax jippermetti l-abbuz. Ghalhekk irridu naraw li jkollna wkoll infurzar effettiv biex tonqos il-hela minn incentivi li meta jkunu wzati tajjeb jghinu fil-holqien ta' l-impjiegi.
Nittama li 'l quddiem dawn il-laqghat jizviluppaw f'relazzjoni produttiva ghall-gid ta' l-izvilupp tan-negozju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN