Laqghat tal-Ministru tal-Finanzi f'Ghawdex
Il-Ministru tal-Finanzi John Dalli, u l-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, kellhom laqghat mal-Kamra tal-Kummerc ta' Ghawdex u mal-Gozo Tourism Association, li matulhom iz-zewg ghaqdiet fissru l-ghanijiet taghhom u pproponew mizuri li jistghu jittiehdu ghall-izvilupp ekonomiku ta' Ghawdex.
Fil-laqgha mal-Kamra tal-Kummerc Ghawdxija, is-Sur John Magro, ic-Chairman tal-Kamra li mexxa d-delegazzjoni, sahaq fuq ir-regjonalit'? u l-insularit'? doppja ta' Ghawdex u l-problemi u d-diffikultajiet ta' accessibilit'? tal-gzira. Il-Kamra qed titlob li ghandha tkun ikkonsultata dwar l-emendi li qed jithejjew ghall-Ligi dwar l-Izvilupp Industrijali, ghaliex ghalkemm l-incentivi li kienu ddahlu fil-Ligi tal-1988 u emendati fl-1992 ghenu hafna lill-industrija Ghawdxija, dawn mhux bilfors ghadhom effettivi kif kienu meta ddahlu.
Il-Kamra talbet ukoll li l-kuntratturi Ghawdxin li ghandhom jithallsu ta' xoghlijiet li ghamlu fis-snin imghoddija ghandhom jithallsu tax-xoghol li ghamlu. Il-Ministru Dalli u l-Ministru Debono ghandhom jiltaqghu mal-kuntratturi Ghawdxin aktar tard din is-sena stess dwar dawn il-kazijiet.
Il-Kamra tal-Kummerc Ghawdxija qajmet ukoll il-problema li ghad ma gewx allokati siti ghal fabbriki zghar. Il-Ministru Debono qalet li dan l-ahhar gie identifikat sit u r-rapport fuqu mistenni jitlesta fil-jiem li gejjin. Il-Kamra qalet li hemm bzonn ukoll li jigu identifikati siti ghall-irziezet ghaliex ir-rahhala Ghawdxin ghandhom problemi billi hafna minnhom jinsabu f'lokalitajiet residenzjali.
Fl-ahharnett, il-Kamra tal-Kummerc Ghawdxija talbet li jsir studju biex jigu stabbiliti l-ahjar mezzi possibbli ta' komunikazzjoni bejn Malta u Ghawdex.
Id-delegazzjoni tal-Kamra kienet tinkludi wkoll is-Sur Joe Borg, Segretarju, is-Sur Joe Cordina, Tezorier, u s-Sur Horace Mercieca, Chief Executive Officer.
Fil-laqgha mal-Gozo Tourism Association, gew diskussi fost l-ohrajn x'sussidji u incentivi ghandu jkun hemm ghal-lukandiera u sidien ta' stabbilimenti ohra li joffru akkomodazzjoni turistika fix-xhur tax-xitwa, meta t-turizmu f'Ghawdex jonqos hafna.
Il-Gozo Tourism Association issuggeriet ukoll li l-Air Malta ghandha tintroduci common rated fare, jigifieri fare wiehed ghal dawk t-turisti li juzaw il-linja nazzjonali ta' l-ajru sew jekk id-destinazzjoni taghhom tkun Malta, sew jekk hija Ghawdex.
Il-delegazzjoni ta' l-Assocjazzjoni kienet immexxija mis-Sur Sammy Rapa, Chairman u kienet tinkludi lis-Sur George Said, Vici Chairman, is-Sur Joe Muscat, Segretarju, is-Sur Paul Scicluna, Tezorier u s-Sur Victor Borg, membru tal-Kunsill.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN