Left arrow Go Back

Il-Ministru Giovanna Debono tinawgura Skolsport u l-Universita' tat-Tielet Eta' f'Ghawdex

PR1591
Date Icon 18/10/1999

F'zewg attivitajiet separati, dalghodu l-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, inawgurat il-ftuh ufficjali ta' Skolasport fil-Kumpless Sportiv u l-Universit'? tat-Tielet Et'? fic-Centru ta' l-Universit'?, f'Ghawdex. Fid-diskorsi taghha waqt il-ftuh ufficjali, il-Ministru ghal Ghawdex qalet illi l-iskop ta' dawn iz-zewg inizjattivi huwa wiehed komuni - dak ta' edukazzjoni shiha u kontinwa matul il-hajja.

L-ghanijiet principali ta' Skolasport huma illi tintroduci lit-tfal u studenti ta' bejn is-7 u s-16-il sena lid-dinja ta' l-isports u li tippromwovi l-isports bhala mezz ta' edukazzjoni, formazzjoni u fuq kollox dixxiplina personali, filwaqt illi ttejjeb il-livelli ta' dawk li jipprattikaw l-isport ghall-gost, ghas-sahha jew ghall-kompetizzjoni. It-tfal illi jippartecipaw fi Skolasport ghandhom ghazla minn tnax-il dixxiplina sportiva differenti. Aktar minn tmien mitt student u studenta qed jippartecipaw fi skolasport 1999/2000.

L-inizjattiva ta' l-Universit'? tat-Tielet Et'? ghall-anzjani Ghawdxin kienet possibbli permezz ta' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, l-Istitut tal-Gerontologija u c-Centru ta' l-Universit'? f'Ghawdex. Matul ic-cerimonja tal-ftuh, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono semmiet li l-Ministeru ghal Ghawdex ha u ser ikompli jiehu bosta inizjattivi fis-sena ta' l-anzjani. Dawn l-inizjattivi jinkludu c-Centru ta' matul il-Jum ghall-Anzjani, din l-inizjattiva, kif ukoll is-servizz tal-platt shun, il-Meals on Wheels illi ser jigi introdott fil-gimghat illi gejjin. Il-Ministru ghal Ghawdex qalet illi l-prezenza ta' 'l fuq minn erbghin anzjan u anzjana li ser jattendu dawn l-Universit'? tat-Tielet Et'? huma ezempju haj tal-fatt illi qatt ma ghandu jkun hemm limitu fuq it-taghlim.

Waqt ic-cerimonja tal-ftuh, tkellmu wkoll il-Professur Lino Briguglio, Direttur tac-Centru ta' l-Universit'? f'Ghawdex, il-Professur Joseph Troisi, Direttur tal-Gerontologija u l-Professur John Rizzo Naudi. Is-Sur Ganninu Cremona, poeta anzjan Ghawdxi, qara l-poezija tieghu "Min jghix il-Jum…".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow