Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jinawgura stabbiliment gdid fil-Belt Valletta
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, il-bierah inawgura l-istabbiliment tal-Morgan Concept Store, fil-Belt Valletta. Dawn li jsegwu huma punti mid-diskors ta' l-Onor Vassallo.
Meta l-intraprenditur Malti jaghraf jirristruttura, jkun innovattiv u jfittex in-nicca tieghu, ikun qed jizgura sehmu mis-suq u jifrex pedamenti biex jikber.
Bi pjacir nilqa' l-istedina taghkom il-lejla biex nigi ghal din l-inawgurazzjoni. Dan huwa xhieda ta' l-impenn taghkom li tispecjalizzaw billi tarmaw b'ghazla ta' prodotti li jilhqu l-aspettazzjonijiet u l-istil ta' hajja tal-klijenti taghkom.
Il-bejgh fis-settur tal-wholesale u r-retail fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena juri titjib fuq l-istess zmien tas-sena l-ohra li, ghalkemm mhux b'sahhtu daqs kemm wiehed jixtieq, jindika li s-settur issa stabbilizza ruhu. Dan l-istabbiliment il-gdid, li llum huwa t-tielet lokal taghkom, huwa sinjal ta' fiducja fl-ekonomija tal-pajjiz. Jiena fiducuz li bl-investiment fil-kapital, bl-esperjenza li ksibtu mill-istabbilimenti l-ohra, kif ukoll b' investiment kontinwu fl-impjegati taghkom, lesti ghall-isfidi li joffri s-suq billi kapaci toffru mhux sempliciment materjal minsug fi hwejjeg izda kuncett shih, brand nameuniku li bih tikkompetu u tirbhu s-suq mhux biss lokali izda wkoll dak barrani.
Nawgura li l-attrazzjoni ta' dawn l-istabbilimenti ma' tkunx biss ghall-klijenti Maltin, izda ukoll ghall-eluf ta' turisti li jzuru il-pajjiz taghna. Fil-pajjiz jehtieg li jkollna iktar minn dawn il-Concept Stores li kapaci joffru servizz lit-turisti ta' kwalita' li jzuru pajjizna kemm fil-cruise liners kif ukoll fil-hotelstaghna.
Is-suq Malti joffru opportunitajiet lin-negozju li jghazel li jispecjalizza. L-istabbiliment iz-zghir ghandu postu fl-ekonomija taghna. Kull incentiv ta' negozju bhal dan hu ta' min ifahhru.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN