Left arrow Go Back

Il-Prim Imhallef jikteb lic-Chairman ta' l-Awtorita' tax-Xandir

PR1571
Date Icon 14/10/1999

Din li ssegwi hija ittra li s-Sinjurija Tiegħu l-Onor. Prim Imħallef, Dr. Joseph Said Pullicino bagħat lill-Prof. Joseph M. Pirotta, Chairman ta' l-Awtorit'? tax-Xandir.


Il-Professur Joseph M. Pirotta

Chairman
Awtorita' tax-Xandir.
Mile-End Road
Hamrun. HMR 02.

14 ta' Ottubru 1999

Sinjur,

Niktiblek biex niddeplora l-kontenut tal-programm Pjazza 3 bis-suggett "Il-Gustizzja f'idejk: is-sistema tal-gurijiet" trasmess fuq T.V.M. nhar it-Tlieta 12 ta' Ottubru 1999 fl-20.30 b'ripetizzjoni l-ghada fil-ghodu.

Il-programm kien fil-parti l-kbira tieghu oggezzjonabbli kemm ghall-kontenut, kif ukoll ghall-impostazzjoni tad-dibattitu. Il-mod kif il-programm gie kondott u l-komportament ta' whud mill-partecipanti bl-ebda mod ma jista' jitqies konducenti ghall-diskussjoni serja w oggettiva ta' materja vitali u daqstant delikata ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja fil-pajjiz.

Hu b'dispjacir li ninnota illi ppartecipaw fi programm ta' din ix-xorta u livell min kien f'posizzjoni ta' awtorita' u min kellu qabel xejn id-dover li jiddefendi mhux biss lill-istituzzjonijiet diga' mwaqqfa bil-ligi biex jamministraw il-gustizzja u lil dawk ic-cittadini li, b'sagrificcju u kultant b'sogru kbir personali, jservu bhala gurati imma wkoll li ma jsir xejn li b'xi mod jippregudika kazijiet li kienu ghadhom sub judice, li kienu ghadhom soggetti ghall-appell jew li kienu ghadhom ma tressqux quddiem il-qrati.

Mhux il-kaz li nelenka liema partijiet fil-programm kienu gravement oggezzjonabbli. Dawn huma bosta. Nghid biss illi l-istedina lill-pubbliku permezz tat-Televoting biex specifikatament jivvota dwar b'liema sistema kellha tigi amministrata l-gustizzja kontra akkuzat f'guri li kien ghad irid jigi celebrat ma tistax ma titqiesx bhala ezercizju li, f'kull kaz, kien ser jimmina l-fiducja tal-poplu fil-qrati u jiskredita kemm l-istituzzjoni tal-guri kif ukoll lill-Imhallfin u jippregudika l-interessi kemm ta' l-akkuzat kif ukoll tal-vittma. Anke jekk fuq dan biss l-Awtorita' kellha d-dover li tintervjeni.

Dan naturalment ma jfissirx illi ma hux lecitu u permess illi nies kompetenti, jippartecipaw f'dibattitu serju, oggettiv u seren dwar sistemi ta' amministrazzjoni tal-gustizzja, fosthom is-sistema tal-gurati. Dan hu anzi awspikabbli u sewwa li jigi nkoraggit anke fil-media. F'dan l-Awtorita' tax-Xandir ghandha funzjoni edukatrici u regolatrici importanti x'taqdi. Pero' dak li gie trasmess fil-programm Pjazza 3 hu l-antitesi li ta' dak li wiehed kellu legittimamanet jistenna minn programmi ta' din ix-xorta. Kien programm censurabbli li l-Awtorita' ghandha, fil-fehma tieghi, id-dover li tirrimedja ghalih f'tentattiv li tissewwa l-hsara li certament ikkaguna lill-fiducja li l-poplu ghandu jkollu fl-amministrazzjoni tal-gustizzja.

Nitolbok li ggib il-kontenut ta' din l-ittra ghall-attenzjoni ta' l-Awtorita' li tippresjedi. Qed niehu l-liberta' li nikkomunikaha lil mezzi ta' informazzjoni ghax nemmen li l-pubbliku ghandu jkun mgharraf biha

Joseph Said Pullicino
Prim Imhallef

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow