Left arrow Go Back

Tahrig fir-restawr minn esperti Taljani

PR1549
Date Icon 08/10/1999

Permezz ta' restawr li se jibda fi żmien qasir fil-Knisja ta' Santa Katarina ta' l-Italja, fil-Belt Valletta, ħaddiema mill-Unit tar-Restawr fit-Taqsima tax-Xogħlijiet kif ukoll ħaddiema mis-settur privat se jkollhom l-opportunit'? li jibdew jitħarr'u b'mod professjonali f'xogħol ta' restawr ta' bini storiku.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla inawgura xogħlijiet ta' restawr li ħaddiema mill-Unit tar-Restawr għamlu fil-Kappella ta' San Filippu u San Ġakbu f'Tal Balal, limiti ta' San Ġwann.

L-inawgurazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet, flimkien mat-tberik tal-kappella mill-Kappillan ta' San Ġwann Patri J. Mallia OFM Kap, kienet waħda mill-attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann dwar il-Wirt Kulturali Ewropew. Dawn l-attivitajiet isiru kull sena fil-pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan it-taħri' se jingħata b'riżultat ta' ftehim li sar aktar kmieni din is-sena mad-Dipartiment ta' l-Arkitettura ta' l-Universit'? ta' Bologna. Hu qal li fi żmien qasir se toħro' sejħa għal offerti biex ikun jista' jsir ir-restawr tal-Knisja ta' Santa Katarina.

Żied li peress li dan il-pro'ett se jkun finanzjat mill-Protokoll Taljan, fl-għoti tal-kuntratt irid ikun hemm element Taljan, fis-sens li x-xogħol irid isir minn esperti Taljani flimkien ma' ħaddiema Maltin. Waħda mill-kundizzjonijiet hi li waqt il-proċess tax-xogħol, l-esperti Taljani jridu jħarr'u kemm lill-ħaddiema tal-kuntrattur Malti li se jkun involut fil-kuntratt, kif ukoll lill-ħaddiema mill-Unit tar-Restawr, li twaqqfet biex, fost l-oħrajn, tkun responsabbli mir-restawr tas-swar u bini storiku ieħor.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll li x-xogħol ta' din il-unit qed jikber ħafna u dan juri l-impenn tal-Gvern li, minkejja limitazzjonijiet li jeżistu, jagħmel dak kollu possibbli biex il-patrimonju li ħallew ta' qabilna jkun jista' jibqa' jitgawda minn ta' warajna.

F'din il-unit di''? hemm periti li speċjalizzaw fir-restawr barra minn Malta. Fost ix-xogħlijiet ta' restawrli saru jew li qed isir minnha, hemm dak ta' diversi kappelli jew knejjes antiki, fosthom dik tal-kappella ta' San Filippu u San Ġakbu f'Tal-Balal, il-knisja ta' San Ġiljan fl-Isla, u l-kappella ta' San Ġużepp f'Bormla. Bħalissa qed isiru t-tħejjijiet biex tkun restawrata l-kappella ta' Sant'Andrija fiż-Żurrieq.

Ir-restawr tal-kappella ta' San Filippu u San Ġakbu sar kollu minn ħaddiema tal-Unit tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, taħt id-direzzjoni tal-Perit Mireille Gatt. Bix-xogħlijiet li saru kemm fuq 'ewwa, kif ukoll fuq barra, il-kappella n'iebet fl-istat ori'inali tagħha.

Din il-kappella, li nbniet fl-1733, hi waħda minn erba' kappelli li hemm f'San Ġwann. Ilha magħluqa, u tista' tgħid abbandunata, għal dawn l-aħħar sebgħin sena u dan l-aħħar kienu anki dehru ħsarat strutturali fiha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow