Left arrow Go Back

Punti ewlenin mir-rapport ta' l-ewwel sena ta' hidma tal-Ministeru ghal Ghawdex

PR1530
Date Icon 07/10/1999

Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, ipprezentat ir-rapport "L-Ewwel Sena ta' Hidma tal-Gvern --- Fid-Direzzjoni t-Tajba" waqt Konferenza Stampa li saret dalghodu f'Ghawdex. Il-punti ewlenin mir-rapport isegwu:

  • Twaqqaf mill-gdid il-Ministeru ghal Ghawdex, b'lehen Ghawdex jinstema' mill-gdid fil-Kabinett.
  • Thejja rapport estensiv ta' xoghlijiet u manutenzjoni u kostruzzjoni fl-iskejjel kollha tal-Gvern f'Ghawdex. Dan il-programm ta' xoghlijiet beda jitwettaq.
  • Bdew korsijiet godda fic-Centru ta' l-Universita' f'Ghawdex, uhud minnhom jwasslu ghal Diploma u Baccelerat.
  • Inhatar mill-gdid il-Kunsill tas-Sahha ghal Ghawdex u saru xoghlijiet ta' kostruzzjoni u xiri ta' apparat gdid ghall-Isptar Generali t'Ghawdex.
  • Twaqqfet il-Gozo Tourism Assosciationbil-ghan li ssir hidma biex il-qasam turistiku f'Ghawdex jigi 'l quddiem billi, fost l-ohrajn, Ghawdex ikun reklamat bhala destinazzjoni turistika distinta matul is-sena kollha.
  • Tlesta u ser jigi inawgurat Gozo Office f'post centrali fil-Belt Valletta, bil-ghan li fost l-ohrajn igib 'l quddiem lil Ghawdex mal-Maltin u l-barranin.
  • Sar tnaqqis fin-nollijiet tas-servizzi tal-vapur bejn Malta u Ghawdex, zdiedu fern in-numru tal-vjaggi mil-vapuri tal-Gozo Channel u rega' ddahhal mill-gdid is-servizz tal-katamaran. Il-progetti tal-vapuri u tal-facilitajiet fil-portijiet tac-Cirkewwa u ta' l-Imgarr ssoktaw b'impenn kontinwu.
  • Dalwaqt jinfetah ufficjalment Centru ghall-uzu ta' N.G.O.'s Ghawdxin.
  • Twaqqaf Kumitat ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millennju f'Ghawdex.
  • Qed jitwettaq programm intensiv ta' manutenzjoni tal-facilitajiet sportivi f'Ghawdex.
  • Qed isiru xoghlijiet estensivi ta' titjib u mmodernizzar fil-biccerija.
  • Qed jitwettaq programm ta' xoghlijiet pubblici fit-toroq, gonna, playing fields u bajjiet.
  • Tkompla u qed jissokta x-xoghol fuq il-Master Plan tad-drenagg f'Ghawdex bl-inawgurazzjoni ta' l-outfall f'Ras il-Hobz.
  • Qed issir hidma biex jigi trasferit xoghol ta' back-office minn Malta ghal Ghawdex.
  • Twaqqaf Kumitat Kongunt bejn il-Ministeru ghal Ghawdex u l-Kunsilli Lokali Ghawdxin.
  • Twaqqfet il-Gozo Chamber of Commerce bil-ghan li ggib 'l quddiem l-intrapriza f'Ghawdex billi tahdem sabiex ikunu newtralizzati u fejn hu possibbli eliminati l-problemi u l-izvantaggi li jiltaqghu maghhom l-imprendituri Ghawdxin, filwaqt li tisfrutta kif jixraq il-vantaggi u l-opportunitajiet li Ghawdex joffri.
  • Gew imnedija Quality Service Charters fil-Librerija Pubblika, fis-Sezzjoni ta' l-Ezamijiet, fis-Sezzjoni ghall-Kura ta' l-Anzjani u fis-Sezzjoni tat-Toroq.
  • Il-Ministeru ghal Ghawdex rega' beda jippartecipa fil-Konferenza ghar-Regjuni Marittimi ta' l-Ewropa.
  • Il-Ministeru ghal Ghawdex mexxa l-Multilateral Screening u l-Bilateral Screening tal-Politika Regjonali mal-Kummissjoni Ewropea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow