Left arrow Go Back

Ghotja lil Malta Community Chest Fund

PR1521
Date Icon 06/10/1999

Waqt il-"Ball of the August Moon" din is-sena ingabret is-somma rekord ta' Lm13,300 b'risq il-Malta Community Chest Fund.

Ic-chairman tal-kumitat organizattiv tal-"Ball of the August Moon", Alex Caruana Soler, il-bierah ipprezenta cheque lill-E.T. il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco waqt l-ahhar laqgha tal-kumitat li sar fil-Marsovin Winery, l-isponsors principali ta' l-avveniment. Intghazel il-Marsovin Winery ghal din il-laqgha specjali bhala gest ta' apprezzament tal-kontribut kontinwu li taw il-Marsovin ghall-"Ball of the August Moon".

Din l-ahhar edizjoni tal-"Ball of the August Moon", li sar fil-11 ta' Awwissu fil-Palazz ta' Verdala, kien success kbir li ghalih attendew numru rekord ta' 800 ruh.

L-E.T. il-President ta' Malta il-Prof. Guido de Marco, filwaqt li irringrazzja in-numru kbir ta' voluntiera li hadmu biex jghamlu minn dan il-ballu success, fahhar lil kull min ha sehem fih u sahaq fuq il-bzonn li ghandu jkun hemm aktar gharfien ta' l-objettivi tal-Malta Community Chest Fund.

Il-President qal li, b'mod partikolari, ghandna nifhmu ahjar fejn huma il-bzonnijiet ta' hafna minn hutna, specjalment il-faqar mohbi li l-Istat ma jistax jilhaq izda li l-volontarjat jista jghin biex itaffi dawn is-sitwazzjonijiet difficli.

Is-Sur Caruana Soler irringrazzja il-President u s-Sinjura de Marco talli inkarigaw il-kumitat biex jorganizza il-"Ball of the August Moon". Huwa irringrazzja ukoll il-mistiednin ta' l-appogg generuz taghhom li dejjem taw.

Il-Malta Community Chest Fund bhal issa ghaddej bit-thejjijiet ghall-kampanja Milied Flimkien li tibda bil-bidu ta' Dicembru. Pakketti ta' ghaxar karti tal-Milied bi prezz specjali ta' LM1 jistghu jinxtraw mill-ufficju tal-MaltaCommunity Chest Fund. Il-programm ta' l-attivitajiet ta' Milied Flimkien ser jigi mhabbar fi ftit zmien iehor.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow