Left arrow Go Back

Il-Ministru ghal Ghawdex tiltaqa' mal-Kamra tal-Kummerc ta' Ghawdex

PR1517
Date Icon 06/10/1999

Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, kellha laqgha ohra ta' konsultazzjoni dwar il-budget ghas-sena 2000 ma' delegazzjoni tal-Gozo Chamber of Commerce maghmula mis-Sur John Magro - President, Dr Michael Caruana - Vici President, is-Sur Joe Cordina - Tezorier, is-Sur Mario Cassar - Assistent Tezorier u s-Sur Horace Mercieca - Chief Executive Officer.

Matul il-laqgha gew diskussi diversi punti li jolqtu mill-qrib is-settur privat f'Ghawdex fosthom l-accessibilita' tal-gzira. Id-delegazzjoni tal-Kamra ssuggeriet li ghandhom isiru studji professjonali dwar liema progetti u mezzi huma fattibbli u sostenibbli biex ikunu eliminati sa fejn hu possibbli l-problemi li jxekklu l-izvilupp ta' Ghawdex minhabba li hi gzira zghira. Fost l-ohrajn il-Kamra semmiet li ghandu jsir studju dwar l-izvilupp tal-port ta' l-Imgarr bhala post kummercjali internazzjonali ghal vapuri zghar.

Id-delegazzjoni tal-Kamra talbet li ghandha tigi kkonsultata dwar l-amendi li se jsiru fil-ligi dwar l-izvilupp industrijali ghax issostnu li ghalkemm l-incentivi ghall-industrija f'Ghawdex li hemm fil-ligi llum kienu tajbin meta saru ghaxar snin ilu, m'ghadhomx effettivi bizzejjed illum.

Il-Kamra sahqet li ghandhom isiru l-hlassijiet minghajr aktar dewmien lil dawk il-kuntratturi Ghawdxin li ghandhom jiehdu minghand il-Gvern ghal xogholijiet li ghamlu fis-snin li ghaddew. Huma sostnew li dewmien fil-hlas ta' dawn il-pagamenti li jlahhqu l-mijiet ta' eluf ta' liri qed johloq ingustizzja mal-kuntratturi u fl-istess waqt qed jolqot hazin l-attivita' ekonomika f'Ghawdex.

Id-delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerc ta' Ghawdex talbet ukoll li, minghajr aktar dewmien, ghandha tinstab art ghal fabbriki zghar f'Ghawdex. Dawn l-industrial units zghar f'Ghawdex ilhom imwieghda tlettax-il sena. Il-Ministru Debono infurmat lid-delegazzjoni li l-Ministeru qed jahdem id f'id ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinstabu siti ohra adattati ghal dan l-iskop. Hu mistenni li l-Awtorita' ma ddumx ma tlesti it-tieni rapport u huwa ttamat li l-problema tkun solvuta.

Punt iehor diskuss kien il-ftuh ta' ufficcju permanenti ta' l-Assocjazzjoni u s-servizzi u l-facilitajiet segretarjali ghalih. Il-Ministeru se jaghti l-ghajnuna kollha xierqa u possibbli f'dan ir-rigward.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow