Il-Ministru Austin Gatt iwiegeb lill-Kelliema ta' l-Oppozizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, fi twe'iba għall-istqarrija tal-Kelliema ta' l-Oppożizzjoni dwar l-ewwel sena ta' ħidma tal-Ministeru qal, li żgur li l-Partit Laburista huwa l-inqas wieħed akkreditat biex jitkellem dwar il-Kunsilli Lokali.
Dr. Gatt qal li dwar il-Ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, mhux talli dan mhux qed jgħabbi lill-Kunsilli b'responsabbilitajiet li mhux tagħhom, iżda talli l-Kunsilli Lokali stess riedu li jagħmlu dan ix-xogħol - xogħol li kuntrarjament għal dak li qalet l-Oppożizzjoni, qed isir minn kuntratturi magħżula mill-Kunsilli stess, iżda qiegħed jitħallas mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Il-Ministru għamel referenza wkoll għall-kummenti ta' l-Oppożizzjoni dwar l-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali fejn dawn sostnew li 'ew differiti għall-sitt xhur oħra. Dan assolutament mhux veru u li qbiżna bi ftit il-miri ta' żmien li konna programmajna għas-sistema, dan ma jfissirx li dan il-perjodu kien estiż għal sitt xhur. Il-pjan kien li s-sistema tibda bejn Ottubru u Dicembru 1999. Issa qed nitkellmu dwar Jannar - Marzu 2000.
"Barra minn hekk," żied jgħid il-Ministru, "id-dewmien li seħħ ma kienx jiddependi minnha, iżda minn proċeduri twal minn naħa tad-Dipartiment tal-Kuntratti fl-għoti ta' l-offerta għat-tħaddim tas-sistema kompjuterizzata tal-proċess tal-Gwardjani Lokali, mill-fatt li xi Kunsilli Lokali għadhom sal-llum ma kkonkludewx la l-ħti'ijiet tagħhom u l-anqas il-ftehim ta' koperazzjoni bejniethom u mill-ħtie'a li l-Parlament japprova emendi għall-li'ijiet eżistenti."
"Ta min ifakkar," kompla Dr. Gatt, "li meta sena ilu jiena dħalt fil-kariga ta' Segretarju Parlamentari u bdejna naraw kif se nwettqu l-Gwardjani Lokali, malli ftaħt il-‘file' in kwistjoni, sibtu kif konna ħallejnieh sentejn qabel. Dan ifisser li l-Gvern precedenti m'għamel assolutament xejn dwar dan. Filwaqt li jiena nieħu pjaċir nara li anke l-Oppozizzjoni trid il-gwardjani lokali, ma nistax ma nistmerrx l-attitudni ta' xi ħadd li issa jrid b'ċertu għa''la dak li m'għamel xejn dwaru meta kellu ċ-ċans."
Dwar il-prinċipju tar-re'jonalita li semmiet l-Oppożizzjoni, l-Ministru Gatt sostna li dan il-prinċipju jaħdem biss jekk l-inizjattiva ti'i mill-Kunsilli stess - kuntrarjament għal dak li kellu f'moħħu l-Gvern Laburista li ried jimponi t-Tribunali Re'jonali fuq il-Kunsilli Lokali.
"Fil-fatt, aħna ħallejna lill-Kunsilli fil-liberta kollha permezz tal-Assoċazzjoni tagħhom, u huma stess għażlu kif jidhrilhom l-aħjar li jingħaqdu," kompla Dr. Gatt. Tant kienet suċċess il-politika magħżula mill-Gvern, li l-Kunsilli jidher li se jużaw il-kunċett tar-re'jonalita anki fil-kuntratti mal-WSC u l-Enemalta; waqt li gruppi oħra bdew jaħdmu flimkien fi pro'etti lokali.
Dwar is-sistema kompjuterizzata ta' l-ilmenti, Dr. Gatt qal li din is-sistema m'hijiex biss waħda fejn dak li qed isir permezz tal-karti, jibda jsir bil-kompjuter, iżda se ddaħħal r-responsabbilita fuq min suppost jieħu azzjoni.
Dwar ‘re-surfacing' ta' toroq li mhumiex responsabbilita tal-Kunsilli, Dr. Gatt qal din l-akkuża hija infondata għaliex kull m'għamel il-Gvern kien li ħalla l-għażla f'idejn il-Kunsilli jekk jagħmlux dawn it-toroq jew le - għażla li kienu l-Kunsilli stess li rieduha.
Dwar il-kummenti fuq il-finanzjament tal-Kunsilli, il-Ministru sostna li mhux veru li l-introduzzjoni tal-VAT naqqset flok żiedet l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali. Dan għaliex kuntratti li l-Kunsilli Lokali għandhom ma' Dipartimenti tal-Gvern huma eżenti mill-ħlas ta' din it-taxxa.
L-Oppozizzjoni ma tista' tgħid xejn biex tneħħi minn fuqa l-ħtija li f'sentejn taħt l-amministrazzjoni taghha, l-Kunsilli Lokali kienu qegħdin b'nifishom maqtugħ biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż tagħhom. Huwa qal li ħadd ma jista' jinnega li l-Kunsilli Lokali kellhom żieda fil-finanzjament tagħhom fl-aħħar Budget.
"Żgur li xejn ma jista' jnessi lill-Kunsilliera tagħna u lill-poplu Malti, l-limbu li għaddew minnu l-Kunsilli Lokali tagħna taħt sentejn ta' Gvern Laburista, u li l-politika tal-Partit Nazzjonalista re'għet 'abet arja friska u ener'ija biex il-Kunsilli jkunu jistgħu isiru dejjem aktar Gvern Lokali," ikkonkluda l-Ministru Gatt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN