Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jwiegeb lill-Onor. Louis Buhagiar dwar xiri bil-quddiem ta' zejt u tariffi ghad-dawl u l-ilma
L-allegazzjoni tal-kelliem ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Louis Buhagiar, li l-Gvern preżenti ħassar il-ftehim tal-hedging, fix-xiri bil-quddiem taż-żejt għal Power Station, u li dan it-tħassir qed jiswa lill-kaxxa ta' Malta $25 miljun hu assolutament mhux minnu, għaliex il-Gvern ma ħassar ebda kuntratt bil-hedging.
Kien taħt Gvern Laburista li bis-sistema ta' ‘hedging' swiet lil Enemalta l-miljuni ta' dollari, telf li l-Enemalta sal-lum għadha ma rkupratx. Fil-fatt, sa l-aħħar ta' Awissu, l-Enemalta kienet għadha $10 miljuni minn taħt sforz ix-xiri bil-quddiem li daħal għalih il-Gvern Laburista lejliet l-elezzjoni 'enerali. '?all-futur, l-aħjar sistema ta' xiri ta' żejt għadha qed ti'i mistħarr'a, mingħajr ma l-Enemalta tidħol għall-riskju żejjed minħabba spekulazzjoni dwar il-prezz taż-żejt.
Anzi, kien taħt Chairman maħtur mill-Gvern preċedenti li l-Ministru Bonniċi, f'Novembru 1998, ingħata l-parir xejn għaqli li s-sistema tal-hedging ti''edded sa tmiem is-sena 2000 – spekulazzjoni perikoluża bi flus il-poplu, fi prodott li l-prezz tiegħu jinżel u jitla ħafna malajr.
Iċ-ċifra ta' telf ta' $25 miljun li semm'? l-Onor. Louis Buhagiar hija ċifra mhux ibbażata fuq fatti u allura trid ti'i injorata.
L-Onor Buhagiar ukoll ma tax verzjoni fattwali meta qal li l-Gvern prezenti ma żammx kelmtu u ma raħħasx it-tariffi ta' l-ilma u dawl għal kif kienu qabel l-1996. Il-Gvern prezenti QATT ma qal li t-tariffi ser jorħsu għal kif kienu fl-1996. L-Onor. Buhagiar 'a 'ie sfidat jgħid fejn u meta ntqal dan, iżda l-isfida qatt ma laqagħha. Fil-fatt il-Gvern raħħas it-tariffi u neħħa t-taxxa fuq id-drena'', kif kien wiegħed qabel l-elezzjoni; kulħadd jaf li kien hemm roħs sostanzjali minn dak li kien qed iwettaq il-Gvern precedenti, u li kien wassal, li jkun injorat l-aspett soċjali, biex jintef'? l-piż fuq min l-inqas li jiflaħ, waqt li kien hemm theddid serju għal eluf ta' impiegi minħabba t-tariffi esa'erati b'żieda ta' anki 1000 fil-mija fil-kontijiet lill-industrija u l-agrikoltura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN