Left arrow Go Back

Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jwiegeb stqarrijiet tal-GWU dwar il-ftehim kollettiv ghal haddiema tat-tarzna

PR1510
Date Icon 05/10/1999

B'riferenza ghall-istqarrijiet tal-GWU dwar il-ftehim kollettiv gdid ghall-haddiema tat-Tarzna li dehru fil-media llum 5 ta' Ottubru 1999, irid jigi ccarat li:

il-Ministru Bonnici m'ghandu l-ebda hsieb jew interess li jindahal fl-operat tal-GWU. L-ghan huwa biss li jigi nnegozjat ftehim kollettiv li, filwaqt li jhares il-kundizzjonijiet tax-xoghol ghall-haddiema kollha tat-Tarzna, fl-istess hin dan ghandu jipprovdi qafas sabiex l-operat tat-Tarzna jittejjeb u b'hekk it-Tarzna tkun f'pozizzjoni li tikseb parti akbar mis-suq li rrefera ghalih is-Sur Anthony Coleiro. F'dan id-dawl, sabiex jintlahaq dan il-ghan it-Taqsima tat-Tarznari (Metall) tal-GWU ghandha tifhem u hi fid-dover li tfiehem lill-membri taghha c-cirkostanzi difficli li tinsab fihom it-Tarzna llum.

Dan il-Ministru stqarru ghaliex il-Gvern ghandu interess dirett li jara li s-sitwazzjoni fit-Tarzna ma tibqax dik li hi llum u ghalhekk ma tibqax tiddependi kwazi ghal kollox fuq diversi sussidji mill-Gvern, li wara kollox jaghmel tajjeb ghalihom il-poplu Malti. Bla dubju l-qaghda finanzjarja tat-Tarzna hija ta' relevanza kbira ghall-finijiet tal-ftehim kollettiv gdid. Dan ammettietu l-Union stess fl-istqarrija taghha, meta qalet li kull ftehim kollettiv jigi kkunsidrat mill-Union skond ic-cirkustanzi partikulari ta' kull post tax-xoghol. B'din l-istqarrija l-Union uriet li taqbel li c-cirkustanzi ta' l-azjenda huma relevanti ghall-finijiet ta' l-innegozjar ta' ftehim kollettiv.

Ta' min allura wiehed jishaq fuq il-qaghda finanzjarja tat-Tarzna u jirreferi ghal xi fatturi li zgur jaghmluha difficli ghat-Tarzna biex tirkupra.

  1. B'semplici harsa lejn il-baciri, hwienet tax-xoghol u taghmir iehor, wiehed minnufih jirrealizza x'inhu l-livell ta' xoghol li ghaddej bhalissa fit-Tarzna. Xoghlijiet f'tiswijiet ta' vapuri ftit li xejn hemm u prospetti li jinkisbu kuntratti, b'mod partikulari minn klijenti li kienu izda ma baqghux juzaw is-servizzi tat-Tarzna, huma sfida kbira. Ghalhekk, il-ftehim kollettiv ma jistax ma jigix innegozjat fid-dawl tal-kompetizzjoni qalila fl-industrija tat-Tarznari u wkoll il-pizijiet finanzjarji li diga' mghobbija bihom it-Tarzna Maltija. Sforzi sabiex jinkiseb xoghol qeghdin isiru u skond il-business plan imfassal, il-Kunsill qieghed jimmira li jakkwista xoghol konsiderevoli li hu mistenni li johrog lit-Tarzna mill-qaghda li tinsab fiha sas-sena 2004. Il-kwalit'? tajba tax-xoghol dovut ghas-snajja' u facilitajiet tajba li ghandha t-Tarzna, kif ukoll il-fatt li tiswijiet qed jitlestew fiz-zmien miftiehem, huma fatturi li qieghdin ihajru sidien u agenti ta' vapuri jirrikorru ghal darb'ohra ghat-Tarzna. Dan it-titjib ghandu bil-mod il-mod jghin biex jinkiseb aktar xoghol. Hadd izda m'ghandu johlom li dan ser jintlahaq mill-lejl ghan-nhar u akkost ta' kollox. L-ebda sid ta' vapur mhu ser juza t-Tarzna Maltija jekk il-prezz mitlub ghas-servizzi taghna jkun oghla minn dak ta' tarznari ohra. Ghalhekk l-efficjenza kif ukoll l-ispejjez bilfors ghandhom ikunu kkontrollati u zgur m'ghandhomx jintnesew matul id-diskussjonijiet tal-ftehim kollettiv.
  2. Ghaldaqstant, ghall-kuntrarju ta' dak li qal is-Sur Coleiro, it-Taqsima, b'mod indirett, ghandha kontroll fuq il-volum ta' xoghol li jinkiseb. F'dan l-istadju ghalhekk it-Taqsima tat-Tarznari (Metall) tal-GWU ghandha tkun ragonevoli fit-talbiet li taghmel.
  3. Ta' min wiehed isemmi li l-pagi u beneficcji ohra fit-Tarzna llum jammontaw ghal medja ta' madwar Lm6,600 fis-sena ghal kull haddiem ras ghal ras.
  4. It-Tarzna thallas ammonti sostanzjali fi hlas ghal overtime u allowances. Fl-1998 il-hlas ghall-overtime u allowances ghax-shift ta' bil-lejl ammonta ghal kwazi Lm 5 miljuni, li jsarrfu f'medja ta' kwazi Lm1,600 ghal kull haddiem ras ghal ras.
  5. Minkejja l-fatt li x-xoghol fit-Tarzna naqas hafna f'dawn l-ahhar ghaxar snin, it-Tarzna thaddem mat-3,000 ruh, li minnhom hemm numru sinifikanti li ftit li xejn hemm xoghol ghalihom.

Is-Sur Coleiro fl-istqarrija tieghu qal li fil-ftehim kollettiv li gie ffirmat fl-1994 il-haddiema kienu hadu zidiet akbar minn dawk li qieghdin jigu mitluba llum. Is-sitwazzjoni finanzjarja tat-Tarzna llum hija ferm aghar mill-qaghda kif kienet f'dak iz-zmien. Fl-1993 is-sussidju mill-Gvern kien jammonta ghal Lm2.7 miljuni, filwaqt li fl-ahhar sentejn is-sussidju tal-Gvern tela' ghal Lm20 miljun fil-1997 u Lm12.8 miljuni fl-1998 (Ara Tabella 1). Dawn huma fatti li wiehed ma jistax jinjorahom. F'sitwazzjoni fejn it-Tarzna qed titlef hafna flus, ghandna nifhmu li l-Gvern ma jistax jibqa' jzid is-sussidju sena wara sena.

Madankollu, il-Gvern jemmen li t-Tarzna tibqa' settur importanti fl-ekonomija tal-pajjiz u ghalhekk jixirqilha l-ghajnuna mehtiega sabiex terga' tieqaf fuq saqajha. Kien ghalhekk li f'dawn l-ahhar tnax-il xahar, il-Ministru hadem mill-qrib mal-partijiet kollha koncernati, inkluz il-Kunsill u t-Taqsima tal-GWU. Il-Gvern kunfidenti li, bir-rieda tajba u l-koperazzjoni tal-partijiet kollha, id-diffikultajiet li qieghda tiffaccja t-Tarzna bhalissa jistghu jigu meghluba.

Sabiex tigi rizolta l-kwistjoni tal-ftehim kollettiv tat-Tarzna, il-Gvern qieghed jipproponi li z-zidiet ghall-1997 u 1998 jinghataw bhala somma fi flus li jigu nkorporati fil-pagi fl-ahhar tas-sena 2001. Ghalhekk kemm il-haddiema kif ukoll il-pensjonanti mhumiex ser jigu mcahhda milli jinghataw zidiet fil-pagi ghas-sentejn li ghaddew. Li qieghed jipproponi l-Gvern huwa li jinghata nifs lit-Tarzna billi dawn iz-zidiet jigu differiti b'sentejn. Ghalhekk f'dawn is-sentejn l-ispejjez tat-Tarzna ma jkomplux jizdiedu bil-piz ta' l-arretrati u b'hekk it-Tarzna tkun tista' zzomm il-prezzijiet taghha kompetittivi.

Illum it-Tarzna tinsab f'salib it-toroq u ghalhekk wiehed irid ikun ghaqli bizzejjed li jhares fit-tul, ghax hekk biss it-Tarzna tista' terga' tikseb ir-reputazzjoni li kienet tgawdi bhala tarzna ewlenija fil-Mediterran. Ghaldaqstant, huwa biss b'dan il-mod li l-futur tal-haddiema tat-Tarzna jista' jigi mhares. Bil-proposta tieghu l-Gvern ihoss li jkun lahaq bilanc bejn l-interessi tal-haddiema prezenti u l-pensjonanti bhala rikonoxximent tal-hidma taghhom fit-Tarzna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow