Left arrow Go Back

Rapport ta' l-Ewwel Sena ta' Hidma mill-Ministeru ta' l-Intern

PR1505
Date Icon 05/10/1999

Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg u s-Segretarju Parlamentari l-Perit George Pullicino, dal-ghodu ipprezentaw ir-rapport ta' hidma tal-Ministeru ghas-sena 1998/1999.

Dan li jsegwi huwa r-rapport fil-qosor:

Matul din il-legislatura l-Ministeru ta' l-Intern ghandu portfolio akbar milli kellu fis-snin li ghaddew. Il-portfolio il-gdid, li gie organizzat biex diversi dipartimenti jkunu jistghu jikkordinaw hidmiethom b'mod iktar organizzat jista' jinqasam fi tlieta:

  1. Zamma ta' l-Ordni u Sigurta - jikkomprendi l-Pulizija, id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, is-Sigurt'? fl-Ajruport, u n-National Drugs Intelligence Unit.

  2. Proprejta, ippjanar u zvilupp ta' l-art - jikkomprendi t-Taqsima Proprjeta tal-Gvern, ir-Registru ta' l-Artijiet, l-Ufficcju Kongunt, u l-Awtorita ta' l-Ippjanar.

  3. Dipartimenti ohra - Dipartiment tac-Cittadinanza u ta' l-Expatriates, Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili, Dipartiment tar-Registru Pubbliku u n-Nutar tal-Gvern.
    Fil-qasam taz-zamma ta' l-ordni, il-politika tal-Gvern hi cara. Il-Ministeru beda bi programm biex isahhah il-Korp tal-Pulizija ghal glieda aktar agressiva kontra l-kriminalit'? u t-traffikar tad-droga.

  4. Tejjibna l-kundizzjonijiet tax-xoghol u d-dhul finanzjarju tal-pulizija u tnehhew mizuri ta' ekonomija falza li kienet bdiet l-amministrazzjoni precedenti
    i) Il-budget tal-1999 zied in-nefqa rikorrenti ghall-pulizija bi kwart ta' miljun lira;
    ii) Dahlu fis-sehh rosters godda li ziedu d-dhul finanzjarju tal-pulizija li rrifletta tajjeb fil-performance taghhom.

  5. Nattiraw l-ahjar nies biex jissiehbu fil-Korp tal-Pulizija
    Ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Korp, min japplika ghal kuntistabbli kien mehtieg li jkollu tliet certifikati fil-Livell Ordinarju. Il-medja tal-applikanti kellhom aktar minn 6 ‘O Levels';
    Applikaw 400, li 194 minnhom kellhom il-kwalifiki mehtiega. L-interveiws saru kollha u ntghazlu 94 li bdew il-kors organizzat mill-Akkademja tal-Pulizija.

  6. Pjan Strategiku 
    Tnieda l-Pjan Strategiku tal-Pulizija li jidentifika mission u vision statement ghall-Korp tal-Pulizija, kif ukoll ifassal il-miri li jrid jilhaq il-Korp u kif se jilhaqhom;
    Bdew jitlestew il-programmi ta' hidma ghat-twettiq ta' dan il-pjan.

  7. Titjib fit-tahrig u l-makkinarju tal-pulizija partikolarment fil-kaz ta' l-abbuz tad-droga
    i)Il-budget tal-1999 zied in-nefqa kapitali tal-Pulizija b'40 fil-mija. L-allokazzjoni, li issa tlahhaq in-nofs miljun lira, ser isservi biex il-Korp jibqa' ghaddej bil-programm ta' titjib fil-Kwartieri Generali (qed jinbena lock-up u blokk amministrattiv), programm ta' kompjuterizzazzjoni, refurbishment tal-ghasses, tishieh tal-mezzi tat-trasport, xiri ta' taghmir gdid ghall-laboratorju forensiku, xiri ta'speed cameras u taghmir iehor;
    ii) Tlesta ir-refurbishment tal-ghasses ta' Hal-Balzan, tal-Qawra u tal-Belt Valletta. Se jinxtraw l-ispeed cameras u fingerprint analyser machine.

  8. Il-glieda kontra d-droga tkun appoggjata min-National Drugs Intelligence Unit (NDIU)
    i)  Gie riattivat l-Att dwar is-Servizzi Sigrieti u tnehhew il-pjani tal-Gvern Laburista li kien se jaboliha;
    ii) Tfasslet struttura gdida tas-Servizzi tas-Sigurta` u gie deciz li l-NDIU tkun assorbita mis-Servizz tas-Sigurta`. L-ispiza kapitali tal-NDIU zdiedet bi 30 fil-mija.
  9. L-Att dwar il-Habs
    i) Din is-sena il-Prison Act u l-Pensions Ordinance inbidlu sabiex titwettaq il-weghda tal-Gvern li jestendi l-iskema tal-pensjonijiet wara 25 sena servizz ghall-haddiema tal-Habs ukoll;
    ii)  L-emendi jipprovdu wkoll biex il-gwardjani jaghmlu xoghol ta' skorta bil-poteri kollha li kellhom il-pulizija;
    iii) Kien hemm zieda fil-flus ivvutati ghas-servizzi korrettivi biex jitlestew ghadd ta' progetti li kienu inbdew minn Gvern Nazzjonalista. Infethet ukoll il-wing gdida ghaz-zghazagh li swiet kwazi miljun lira.

  10. Protezzjoni Civili
    i)  Waslu f'Malta l-lanec "Sea Salvor", "Garibaldi", "Melita I" u "Melita II". Dawn huma lanec moderni mibnija fl-Italja li jistghu jintuzaw ghat-tifi tan-nar fuq il-bahar, irmonk ta' bcejjec tal-bahar u kontroll ta' tniggiz miz-zejt;
    ii) Waslu wkoll 27 fire-engines mghammra bl-ahhar teknologija li se jirrivoluzzjonaw il-mod kif isir it-tifi tan-nar fil-gzejjer Maltin;
    iii) Giet ippublikata c-Civil Protection Bill;
    iv) 
    Gie organizzat l-open week-end fil-premises tad-Dipartiment f'Hal Far.

  11. Taqsima Proprjeta tal-Gvern
    i) Gie mniedi l-progett ta' kompjuterizzazzjoni msejjah LEMIS, ibbazat primarjament fuq is-sistema ta' GIS (Geographical Information System), li jrid ibiddel b'mod radikali l-mod li bih tigi immaniggjata l-proprjeta` tal-Gvern u li ser jipprovdi l-ghodda mehtiega biex ikun assigurat li l-uzu tal-proprejt'? tal-Gvern isir izjed razzjonalizzat u jinqatghu l-abbuzi.
    ii) L-amalgamazzjoni tar-Registru Pubbliku ma' dak ta' l-Artijiet mexa 'l quddiem billi kien hemm ri-organizzazzjoni u nhatar Registratur Generali ghaz-zewg indici. Beda l-programm ta' komputerizzazzjoni ta' l-indici tar-Registru.
    iii) Tfassal memorandum ta' ftehim bejn il-Knisja u l-Gvern u l-qafas tieghu dig'? gie approvat mill-Kabinett. Wara li dan il-memorandum jigi ffirmat se ssir ir-riorginazzazzjoni fl-Ufficcju Kongunt.
    iv) Il-Parlament qed jiddiskuti ligi dwar it-Trasferiment ta' l-Artijiet tal-Gvern sabiex kull trasferiment jghaddi mill-gharbiel tal-Kumitat tal-Kamra, u sabiex il-Kunsilli Lokali jkunu jistghu jiehdu art tal-Gvern u anke jghadduha lil terzi ghall-gid tal-lokalit'?.

  12. Ir-revizjoni tal-ligi dwar cittadinanza doppja
    Tnieda l-Quality Service Charter ghad-Dipartiment tac-Cittadinanza u l-Expatriate Affairs. L-aktar xoghol importanti f'dan id-Dipartiment kien li jipprepara ghat-tibdil fil-Ligi dwar ic-Cittadinanza li se tibda tigi dikussa fil-Parlament. Se jsiru tliet tibdiliet principali b'din il-ligi:
    i) Min jaghlaq it-tmintax il-sena, issa ma jkollux ghalfejn jaghzel bejn ic-cittadinanza Maltija u dik barranija imma jista' jkollu t-tnejn;
    ii) Min tilef ic-cittadinanza fl-imghoddi, issa jista' jerga' japplika ghaliha, minghajr ma jitlef dik li ghandu;
    iii) Il-barranin li zzewgu Maltin, issa ser jinghataw ic-cittadinanza Maltija wara perjodu ta' hames snin minflok ta' tliet snin. Dan biex jitnaqqsu z-zwigijiet ta' konvenjenza;
    iv) B'dan it-tibdil, ic-cittadinanza doppja se tkun ir-regola, m'hux l-eccezzjoni.

  13. Nutar tal-Gvern
    Fil-Parlament giet ipprezentata ligi gdida li tipprovdi ghall-hatra ta' Kummissarju specjali biex jispezzjona Atti Notarili li ma jkunux gew spezzjonati mill-Qorti. Dan se jpoggi lill-Ufficcju tan-Nutar tal-Gvern f'pozizzjoni li jircievi eluf ta' atti notarili originali li ghadhom ma gewx iddepozitati fl-arkivji.

  14. Vittmi ta' Reati
    i)Thejja l-abbozz ta' ligi li tipprovdi li vittma' ta' reat tkun tista' tkun prezenti f'kull stadju tal-proceduri kriminali fil-kaz taghha;
    ii) Il-vittma se jkollha wkoll dritt ghal assistenza legali matul il-process.

  15. Emendi ghall-Ordinanza dwar Medicini Perikoluzi
    Tlestew emendi ghall-ligi tad-drogi li taghti lill-Qorti s-setgha li tissospendi l-licenzja tal-post fejn ikun hemm akkuzi ta' traffikar ta' droga u li tiddistingwi bejn abbuz ta' droga u traffikar ta' droga ghal finijiet ta' ‘importazzjoni.'

  16. Refugjati
    Tibdil fir-regolamenti issa jipprovdi li l-applikazzjonijiet ghall-permess tax-xoghol minn refugjati f'Malta, jibdew jigu trattati bhal ta' barranin ohra li qeghdin f'pajjizna;
    It-thejjija ta' l-Att dwar ir-Refugjati jaghmel ukoll parti mill-hidma legislattiva tal-Ministeru ta' l-Intern f'dan ir-rigward.

  17. Hasil ta' flus
    Ittiehdu l-mizuri biex titkabbar il-lista tat-tieni skeda tal-Prevenzjoni tal-Att dwar il-Hasil ta' Flus tal-1994. Il-lista tiddefinixxi t-tip u n-natura ta' reati li huma relatati ma' hasil ta' flus. L-emenda zzid ghaxar tipi ohra ta' reati mad-disgha li kienu ezistenti.

  18. Embarkation Cards.
    Minn Marzu li ghadda tnehhiet il-htiega li l-Maltin li jkunu se jsiefru jew gejjin lura Malta joqghodu jimlew il-karta ta' l-embrakazzjoni jew dizembarkazzjoni

  19. Riforma fil-process ta' l-Ippjanar
    Tul din is-sena bdiet titwettaq ir-riforma fil-process ta' l-ippjanar, bl-iskop li titnaqqas il-burokrazija fl-Awtorit'? ta' l-Ippjanar u tizdied l-efficjenza fil-process ta' l-applikazzjonijiet ghal bini
    Din ir-riforma hija msejjsa fuq 3 bidliet:
    bidla fil-ligi;
    bidla fl-istruttura ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar;
    bidla f'numru ta' policies.
    Ghal dan il-ghan l-Ministeru nieda programm wiesa' u mifrux ta' konsultazzjoni pubblika.
    Ghaxar persuni iffurmaw core group (presedut mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, George Pullicino) li evalwa l-ilmenti u s-suggerimenti ta' korpi kostitwiti, ghaqdiet u l-pubbliku generali u sawwar it-tibdil propost ghall-ligi. Fost il-membri tal-grupp kien hemm rapprezentanti tal-Kamra tal-Periti u l-Assocjazzjoni tal-Planners. Il-Parlament fix-xhur li gejjin se jiddiskuti l-emendi ghall-Att dwar l-Ipjanar ta' l-Izvilupp tal-1992.
    Il-Ministeru beda wkoll jezamina l-policies attwali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex dawn isiru aktar relevanti ghar-realtajiet ta' llum.

  20. Ir-revizjoni tal-Pjan ta' Struttura, t-tlestija tal-Pjani Lokali u Pjani ohra.
    Il-gvern ta r-rizorsi necessarji lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar sabiex din thejji r-revizjoni tal-Pjan ta' Struttura;
    Il-Ministeru lahaq qbil ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar fuq timetable iqsar mill-programm originali li fih kienu se jitlestew il-Pjani Lokali;
    Il-Ministeru talab lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar tezamina mill-gdid il-Pjan t'Azzjoni ghal Pembroke, kif ukoll il-Pjan ghat-Trasport ghal Belt Valletta u l-Floriana fid-dawl tal-impatt ta' progetti godda.

  21. Uzu ta' l-Informatika.
    Flimkien mal-MITTS il-Ministeru waqqaf working unit dwar l-applikazzjoni ta' l-Informazzjoni Teknologika ghad-dipartimenti u agenziji tal-gvern li ghandhom sehem fl-uzu tal-art, ez. l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, Dipartiment ta' l-Artijiet, Registru ta' l-Artijiet, l-Ufficcju Kongunt, sabiex kemm jista' jkun s-sistemi taghhom ikunu kompatibbli ma' xulxin kif ukoll integrati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow