Left arrow Go Back

Inawgurat l-ewwel Kors fic-Centru ghall-Istudji tar-Restawr

PR1498
Date Icon 04/10/1999

Fic-Centru ghall-Istudji tar-Restawr li jinsab f'Bighi, il-Ministru ghall-Edukazzjoni Louis Galea l-lum inawgura l-ewwel kors fir-restawr li qatt sar f'pajjizna. Dan se jkun kors ta' erba' snin li jwassal ghal degree fir-Restawr.

Dan ic-Centru jinsab fil-post fejn qabel kien hemm l-Iskola ta' Bighi u li ghal hafna snin kien post abbandunat u mitluq. Fl-1994, l-amministrazzjoni kienet iddecidiet li dan il-bini, li jinsab f'post prominenti appena wiehed jidhol mill-Port il-Kbir, kellu jkun restawrat biex jilqa' fih il-Muzew tax-Xjenza u t-Teknologija, is-Sede tal-Kunsill Malti ghax-Xjenza u t-Teknologija, ic-Centru ghall-Iskoperti Arkeologici, u issa wkoll ic-Centru Malti ghar-Restawr u l-Istitut ghall-Istudji dwar ir-Restawr.

Dan l-izvilupp kollu li qed jibdel dan il-post mitluq, f'bejta ta' attivita' u hajja, jidol sew fil-pjan tal-Gvern li jgib l-izvilupp mixtieq anke fil-parti t'isfel ta' Malta.

Mil-lum, 16-il student bdew l-istudji taghhom f'dan l-Istitut. Kwazi l-istudenti kollha ghazlu li jsegwu kors ta' erba' snin li jwassalhom ghal degree fir-restawr. L-Istitut joffri wkoll korsijiet ta' sena.

B'kollox kien hemm 157 student li nkitbu ghal kors preparatorju, li minnhom 120 attendew regolarment dan il-kors. Kienu 70 l-istudenti li ghamlu l-ezamijiet wara l-kors preparatorju li minnhom issa, 16 ghaddew biex jibdew il-kors li ghandu jwassalhom ghal degree fir-Restawr.

Dr. Joe Cannataci, Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta' l-Istitut, qal li dan in-numru jipparaguna tajjeb ma' dak li jigri f'pajjizi ohra. Il-livelli mitluba mill-istudenti biex ikunu accetati fl-Istitut huma gholja, fuq l-istess livell ta' l-Istituto Centrale per il Restauro ta' Ruma.

F'din l-ewwel sena l-Istitut se joffri korsijiet mid-Dipartiment tal-Fine & Minor Arts, mid-Dipartiment tal-Metall, Ceramika u Arkeologija, mid-Dipartiment tal-Konservazzjoni u Restawr ta' Kotba u Karta u mid-Dipartiment tar-Restawr tat-Tessuti.

Bhalissa, qed jintwera interess fix-xoghol ta' dan l-Istitut mill-Italja, l-Olanda, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Dan jawgura tajjeb ghall-aspirazzjonijiet tac-Centru Malti tar-Restawr li qed jimmira li jsir hubinternazzjonali ta' attivitajiet ta' restawr fic-Centru tal-Mediterran.

L-Istitut bhalissa qed jiddedika hafna sforzi biex isib sponsors halli jkunu jistghu jibdew ikunu restawrati ghexieren ta' orgnijiet li jinsabu fi knejjes f'Malta u Ghawdex u li jinhtiegu xoghol kbir biex ikunu rrangati.

Lecturers Maltin u Taljani se jkunu nkarigati mit-taghlim akkademiku f'dan l-Istitut.

Ta' min jghid li x-xoghol fuq ic-Centru u l-Istitut, kienu finanzjati mir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Italja li ghenet ukoll permezz ta' esperti u pariri. Il-Gvern Malti wkoll ghamel investiment qawwi billi pprovda l-post, ix-xoghol ta' restawr, makkinarju, haddiema u lecturers kif ukoll l-amministraturi ta' l-Istitut.

Hu mahsub li sena ohra ikunu inawgurati laboratorji godda fic-Centru.

Id-diskors ta' Dr. Louis Galea jsegwi………

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow