Xoghol siewi fil-qasam tal-Kura ta' l-Anzjani f'Ghawdex fis-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani
Fl-okkazjoni tal-Jum ta' l-Anzjani, illum giet Ikkoncelebrata Quddiesa ghall-Anzjani mill-Eccellenza Tieghu Mons. Isqof Nikol Cauchi illi ghaliha kienet prezenti l-Ministru ghal Ghawdex l-Onorevoli Giovanna Debono. Illum wara nofsinhar, il-Ministru ghal Ghawdex ser izzur lill-anzjani rgiel u nisa gewwa l-Isptar Generali t'Ghawdex. Ghada filghaxija ser tittella wkoll varjeta' ghall-anzjani gewwa l-kumpless Ninu Cremona.
Il-qasam tal-kura ta' l-anzjani inghata prijorita' mill-Ministeru ghal Ghawdex fis-sena li ilu mwaqqaf il-Ministeru ghal Ghawdex. L-anzjani huma parti integrali mis-socjeta' Ghawdxija. Filwaqt illi f'Malta u f'Ghawdex flimkien, l-anzjani jaghmlu 18.4% tal-popolazzjoni, l-anzjani jaghmlu 24.3% tal-popolazzjoni Ghawdxija.
Matul din is-sena, f'Ghawdex saru hargiet ghall-anzjani kemm fuq bazi regolari, kif ukoll f'okkazjonijiet specjali bhal l-Gimgha Mqaddsa, f'Jum l-Omm, Jum il-Missier, Jum l-Anzjani u fil-Festi ta'l-Irhula matul ix-xhur tas-sajf.
F'April illi ghadda sar seminar nazzjonali dwar it-Terza' Eta' b'kollaborazzjoni bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Focal Point Nazzjonali u c-Centru ta' Universita' gewwa Ghawdex. Matul dan is-seminar gew diskussi suggetti konnessi ma'aspetti demografici u ekonomici, sahha, kura residenzjali, edukazzjoni ghat-terza eta' u folklore.
F'Mejju illi ghadda gie miftuh Centru ta' matul il-Jum ghall-anzjani fuq bazi regjonali f'Ghajnsielem, Ghawdex permezz ta' ftehim milhuq bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Karitas fi hdan il-Kurja ta' l-Isqof u hdax-il Kunsilli Lokali Ghawdxin. L-anzjani li jattendu c-Centru jiehdu sehem fic-celebrazzjoni tal-Quddiesa, jattendu ghal laqghat dwar varji suggetti u jieklu l-ikla ta' nofsinhar flimkien. F'dan ic-centru, l-anzjani ghandhom ukoll access ghal servizzi tas-sahha offruti minn tobba u podologi.
F'din is-sena akkademika, ser tigi introdotta mill-gdid f'Ghawdex l-Universita' tat-Terza' Eta' b'kollaborazzjoni mac-Centru ta' l-Universita' f'Ghawdex u l-Istitut tal-Gerontologija.
F'qasir zmien, l-anzjani f'Ghawdex ser jigu offruti s-servizz tal-Meals on Wheels, is-servizz tal-platt shun. Dan is-servizz huwa mmirat l-aktar ghal anzjani li huma dipendenti fuq min jiehu hsiebhom jew li jghixu wahedhom.
Aktar tard din is-sena ser jigi organizzat f'Ghawdex seminar organizzat mill-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani u l-Focal Point Nazzjonali. Dan is-seminar ser iservi bhala riflessjoni dwar id-direzzjoni futura f'dan il-qasam.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN