Left arrow Go Back

Tintghazel l-Anzjan/a tas-Sena f'Serata f'San Vincenz de Paule

PR1494
Date Icon 01/10/1999

L-attivitajiet li jfakkru il Jum Dinji ta' l-Anzjani lahqu l-qofol taghhom illum il-Gimgha l-1 ta' Ottubru b'serata gewwa r-Residenza ta' San Vincenz de Paule.

Waqt serata organizzata mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali hadu sehem il-kor tat-tfal CANTORES SANCTI JULIANI u l-kantant Enzo Guzman. Inqraw ukoll poeziji minn Dr Philip Farrugia Randon. Ic-cerimonja, li kienet taht il-Patrocinju tal-E.T. il-President tar-Repubblika l-Prof. Guido de Marco, intemmet bit-thabbir u l-ghoti tal-premju Anzjan/a tas-Sena 1999.

Biex jaghzel l-anzjan/a tas-sena, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali waqqaf kumitat ta' l-ghazla bis-Sur Lewis Portelli bhala Chairperson. Il-membri tal-bord kienu s-is-Sinjura Bernardette Psaila, is-Sinjura Gloria Mizzi, u s-Sur Francis Pace Segretarju. Dan il-Bord ircieva 31 applikazzjoni - inkluzi 3 minn Ghawdex. In-Nominati kollha gew ipprezentati b'certifikat mill- E.T. il-President tar-Repubblika bhala apprezzament ta' xoghol siewi li huma jaghmlu fis-socjeta Maltija.

L-anzjana tas-sena 1999 hija s-Sinjura LILIAN MICELI FARRUGIA, minn Ta' Xbiex. Is-Sinjura Miceli Farrugia giet ipprezentata bi trofew, mahdum minn Paul Haber, kif ukoll plattin tal-fidda u certifikat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow