Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru f'tahdidiet mal-Kummissarju Ewropew Gunther Verheugen

PR1485
Date Icon 30/09/1999

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, illum iltaqa' fi Brussell mal-Kummissarju l-'did ta' l-Unjoni Ewropea responsabbli mit-tkabbir ta' l-Unjoni, Gunther Verheugen. '?all-Kummissarju Verheugen din kienet l-ewwel laqgħa uffiċċjali ma' Kap tal-Gvern kemm ilu fil-ħatra l-'dida tiegħu.

Waqt il-laqgħa l-Kummissarju Verheugen ikkonferma li nhar it-13 t'Ottubru, il-Kummissjoni Ewropea mistennija tadotta ir-rapporti dwar il-progress tal-pajjiżi kandidati biex isieħbu l-Unjoni, u t-Turkija. Dawn ir-rapporti jinkludu wkoll ir-rapport dwar Malta. Wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, dawn ir-rapporti jgħaddu immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-pajjiżi membri.

Gunther Verheugen spjega li dawk li qed iħejju r-rapport dwar Malta, jidhrilhom li Malta għamlet biżżejjed progress biex tibda tinnegozja s-sħubija tagħha fl-Unjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għalhekk mistennija tagħti l-parir lill-Kunsill Ewropew li ser jiltaqa' f'Helsinki f'Diċembru biex in-negozjati ma' Malta jibdew kmieni s-sena d-dieħla.

Il-Prim Ministru u l-Kummissarju Verheugen iddiskutew il-mod li bih Malta għandha tidħol mal-pajjiżi l-ohra li bħalissa għaddejjin bin-negozjati tagħhom u ssieħeb il-proċess ta' negozjati matul is-sena d-dieħla.

Iż-żew' naħat iddiskutew ukoll il-programmi t'għajnuna għal qabel is-sħubija li l-Kummissjoni ħejjiet u kif Malta ser tibda tieħu sehem fihom fis-snin li 'ejjin.

Il-Prim Ministru u l-Kummissarju Ewropew Verheugen tkellmu wkoll dwar l-iżviluppi fil-Kummissjoni li seħħew jew qed iseħħu wara li nħatret Kummissjoni 'dida bit-tmexxija tal-President Romano Prodi.

Iddiskutew ukoll l-iżviluppi fil-proċess Ewro-Mediterranju u s-sitwazzjoni fil-pajjiżi membri.

Il-Kummissarju Verheugen ikkonferma li ser iżur Malta fix-xhur li 'ejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow