Left arrow Go Back

Attivitajiet ghall-okkazjoni ta' Jum l-Anzjan

PR1480
Date Icon 29/09/1999

L-attivitajiet li jfakkru l-ewwel ta' Ottubru, il- "Jum Dinji ta' l-Anzjani" kif iddikjarat minn Nazzjonijiet Uniti komplew illum. Peress li din is-sena wkoll hija "Is-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani" bit-tema: LEJN SOCJETA' GHAL KULL ETA', qed isiru attivitajiet specjali ghall-anzjani taghna.

Madwar 500 mitt anzjan illum iltaqghu fid-Day Centre ta' L-Imtarfa fejn giet organizzata ghalihom "LEJLA MALTIJA". Jallegraw lill-anzjani li jattendu t-tmien Day Centres tal-Gvern - Mtarfa, B'Kara, Dingli, Qormi, Hamrun, Sliema Zejtun u Zurrieq, kien hemm Frans Baldacchino "Il-Buday" b'ghana tradizzjonali Malti, kif ukoll id-duo Benny u Tonia. L-attivita' tal-lum tifforma parti minn gimgha ta' celebrazzjonijiet li jfakkru l-1 ta' Ottubru bhala l- "Jum Dinji ta' l-Anzjani.

Wara li fit-Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paule kellna l-Orkestra Mihail Jora Philharmonic minn Bacau fir-Rumania, kellna wkoll il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta, kif ukoll it-3 Tenuri Andrew Sapiano, Joe Aquilina u Frans Mangion. Fil-Foyer ta' l-istess Teatru infethet wirja ta' pittura u ceramika mill-artist Gabriel Caruana. Il-qofol ta' dawn l-attivitajiet ser tkun l-ghoti tal-premju "Anzjan tas-Sena" li ser issir nhar il-Gimgha l-1 ta' Ottubru fit-Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paule, Hal Luqa.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici qal li l-attendenza numeruza tal-anzjani f'din l-okkazjoni kif ukoll fl-attivita' li saret jumejn ilu f'San Vincenz de Paule turi li l-iskop li ghandu l-Ministeru fil-qasam ta' l-anzjani, li jara li kemm jista' jkun numru dejjem akbar ta' anzjani jippartecipaw f'okkazjonijiet bhal dawn u b'hekk juru li ghandhom anzjani attivi, qieghed ikollu success. Huwa qal li d-Day Centres qed jiffunzjonaw tajjeb u ghalhekk il-Gvern irid li bil-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali jinfethu aktar minn dawn id-Day Centres. Aktar ma dawn id-Day Centres ikunu mmexxija tajjeb, aktar l-anzjani jkollhom dik l-ghajnuna mehtiega biex ikunu jistghu jghixu f'darhom fil-komunita'.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow