Kampanja ta' tilqim kontra l-Influenza
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq ifakkar li l-vaccin kontra l-influwenza issa wasal u dawk kollha li huma intitolati ghal dan il-vaccin minghajr hlas issa jistghu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Centri tas-Sahha.
It-tilqim jista' jittiehed mic-Centri tas-Sahha kollha mill-11.00am sa 1.00pm mit-Tnejn sal-Gimgha u bejn 10.00am u 12.00 nhar ta' Sibt. In-nies li juzaw ic-Centu tas-Sahha ta' Bormla huma mitluba jattendu fil-klinika temporanja fi Triq il-Pellegrinagg, Bormla, bejn is-1.00pm u l-4.00pm mit-Tnejn sal-Gimgha.
Id-Dipartiment jirrakkomanda li l-vaccin ghandu jittiehed minn:
- Persuni li huma rikoverati jew li jghixu f'istituzzjonijiet
- Persuni li ghandhom aktar minn 65 sena
- Persuni li jahdmu fil-qasam tas-sahha
- Persuni ta' kull eta' li jbatu minn:
- mard kroniku tal-Pulmun
- mard kroniku tal-Qalb
- mard kroniku tal-Fwied
- mard kroniku tal-Kliewi
- Azma kronika
- Dijabete u
- Immunodeficenza
Dawk il-persuni li huma inkluzi f'xi wahda minn dawn il-kategoriji huma intitolati li jiehdu il-vaccin minghajr hlas fic-Centru tas-Sahha taghhom.
Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur ghat-tilqim fil-hinijiet imsemmija, jiehdu maghhom il-Karta ta' l-Identita, u f'kaz ta' persuni li ghandhom inqas minn 65 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi, jiehdu ukoll certifikat ta' evidenza li qed ibatu minn dan il-mard.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN