Se jigi diskuss l-Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' l-Artijiet tal-Gvern
PR1453
24/09/1999
Il-Gvern ippublika fil-Gazzetta tal-Gvern Abbozz ta' Li'i li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern. Dan l-Abbozz għandu l-għan li jiggarantixxi iktar trasparenza u kontroll fit-trasferiment tal-proprjeta` tal-Gvern.
- L-emenda prinċipali hi dik li għall ewwel darba kull resoluzzjoni parlamentari għal trasferiment ta' art tal-Gvern, trid ti'i mgħarbla minn Kumitat Parlamentari, qabel id-diskussjoni tagħha fil-Parlament. Jekk il-Kumitat jaqbel unanimament mal-proposta, ir-risoluzzjoni ti'i approvata b'vot fil-Parlament; jekk le, ter'a` ssir diskussjoni oħra fil-Parlament u jittieħed vot wara dibattitu.
- Emenda oħra importanti hi dik li għall-ewwel darba kunsill lokali li jingħatalu art tal-Gvern, ikun jista` jittrasferixxi lil terzi l-istess art, naturalment wara li jsiru kontrolli neċessarji; sal-lum dan it-trasferiment lil terzi ma setax isir jekk mhux b'approvazzjoni kull darba mill-Parlament.
- Kull tibdil f'kondizzjonijiet f'konċessjoni ta' titolu fuq art tal-Gvern moghtija mill-Parlament, jeħtie' riżoluzzjoni Parlamentari.
- Meta art esproprijata li dwarha ikun sar att ta' trasferiment u għalhekk tkun saret proprjeta` tal-Gvern, ma tkunx iktar meħtie'a fl-interess pubbliku, tista tingħata lura lis-sidien ori'inali jew l-eredi tagħhom, mingħajr il-bżonn li toħro' b'tender.
Dawn l-emendi għandhom igħinu biex jiggarantixxu iktar kontroll u trasparenza fit-trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN