Tindifa generali lil Triq Burmarrad
PR1448
24/09/1999
It-taqsima li twaqqfet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent biex tieħu ħsieb it-tindif u l-manutenzjoni tat-toroq arterji u lokalitajiet oħra, se tagħti tindifa 'enerali lil Triq Burmarrad, minn tarf Triq Kostituzzjoni, il-Mosta, sa' ħdejn il-bypass ta' San Pawl il-Baħar, għada s-Sibt, 25 ta' Settembru 1999, bejn is-7.00 a.m. u l-4.00 p.m.
Tul it-triq fejn ikun qed isir ix-xogħol, se jitqegħdu sinjali apposta biex anki jonqos il-periklu għall-ħaddiema involuti.
Il-Ministeru għall-Ambjent jappella lis-sewwieqa biex juru prudenza fis-sewqan tagħhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN